Barranin
L-Isterlina qrib l-inqas rata f’4 xhur hekk kif l-investituri jistennew il-ħatra tal-PM Ingliż ġdid

Muniti

L-Isterlina baqgħet qrib l-inqas rata f’4 xhur kontra d-Dollaru u l-Ewro hekk kif l-investituri baqgħu mal-ġenb fost il-ġlieda għas-suċċessjoni ta’ Theresa May bħala Prim Ministru. It-tluq imminenti ta’ May kabbar il-kriżi dwar il-Brexit hekk kif mexxej ġdid, li għandu jieħu l-kariga sa tmiem Lulju, probabbilment irid aktar firda fost l-Unjoni Ewropea u b’hekk jikbru ċ-ċansijiet ta’ konfrontazzjoni mal-Unjoni Ewropea u forsi anke jwassal għal elezzjoni ġenerali.

Id-Dollaru resaq lejn l-ogħla livell f’ġimgħa hekk kif it-tensjoni kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti wasslet biex l-investituri joqgħodu attenti.

Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti qed jaħsbu għal żewġ żidiet fir-rati tal-interessi sa Jannar 2020 u naqas id-dħul mill-bonds, sinjal ta’ riskji ta’ riċessjoni li qed jikbru fl-akbar ekonomija fid-dinja. Iżda d-domanda għad-Dollaru tidher li ma tridx tbatti.

Indiċi

Żieda fl-ishma tal-akbar żewġ pubblikaturi ta’ ġurnali fl-Ewropa għenu fiż-żieda fil-prezzijiet tal-ishma Ewropej li rkupraw minn aktar minn tliet xhur ta’ prezzijiet baxxi hekk kif it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed titfa’ pressjoniet fuq is-swieq.

Wall Street fetaħ xi ftit ogħla u ħa n-nifs wara bejgħ qawwi li naqqas aktar minn 5% mill-valur tal-indiċijiet maġġuri mill-bidu ta’ Mejju.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, Trident Estates żdied b’4.14%, l-HSBC Bank bi 3.03%; il-BMIT Technologies kellhom l-akbar tnaqqis bi 2.78%. L-International Hotel Investments tbaxxew bi 2.38%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 tbaxxew bi 2%, segwiti mill-International Hotel Investments 2025 li tilfu 1.10%.  Il-Bank of Valletta 2030 (It-Tieni serje) żdiedu bi kważi 1% u l-GAP Group 2022 żdiedu b’0.70%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum raw telf  wara biża’ ta’ tnaqqis ekonomiku mondjali minħabba t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Minkejja dan, it-telf kien limitat minħabba provvista inqas fis-suq fil-Lvant Nofsani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Barranin

Id-dollaru żamm sod illum hekk kif il-kwatela dwar iż-żidiet rapidi fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti tefgħet dubju dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija u dan żamm mhux mittiefsa d-domanda għad-dollaru meqjus bħala munita…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan żdied illum hekk kif fatturi li jinfirxu minn tensjonijiet kummerċjali għal biża dwar mewġa oħra tal-coronavirus kabbru d-domanda għal muniti meqjusa siguri. L-ewro tbaxxa għal $1.1207 u…

Aktar