Barranin
L-isterlina ssaħħet kontra l-ewro hekk kif it-taħditiet dwar il-Brexit ittawlu

Muniti

Swieq finanzjarji kawti żammew lill-isterlina kajmana kontra Dollaru aktar b’saħħtu, iżda l-munita Ingliża ssaħħet kontra l-ewro hekk kif il-fażi preżenti tat-taħditiet dwar il-Brexit ittawlet sa nhar l-Erbgħa.

Id-dollaru ssaħħaħ, l-ishma tbaxxew u s-swieq finanzjarji ftit kellhom sentiment ta’ riskju. Analisti qalu li dan ġara minħabba restrizzjonijiet ġodda fl-Ewropa u każi ġodda rekord ta’ kuljum fl-Istati Uniti u ftit progress lejn stimulu fiskali fl-Istati Uniti.

Id-dollaru żdied għat-tieni sessjoni infila, mgħejuna min xiri ta’ assi siguri fost iż-żieda tal-każi tal-coronavirus fl-Ewropa u nuqqas ta’ progress dwar l-istimulu Amerikan.

Indiċi

L-indiċijiet f’Wall Street bdew il-ġimgħa ħażin hekk kif iż-żieda fil-każi tal-coronavirus u n-nuqqas ta’ ftehim dwar l-istimulu tappan il-prospetti ekonomiċi waqt il-kampanja tal-elezzjoni presidenzjali.

L-ishma Ewropej tbaxxew hekk kif l-Italja u Spanja imponew restrizzjonijiet ġodda sabiex jikkontrollaw il-qawmien mill-ġdid fil-każi tal-COVID-19, waqt li ishma fuq l-indiċi Ġermaniż SAP tbaxxew wara li dan baxxa t-tbassir tiegħu għall-2020. Id-DAX sofra wkoll l-agħar ġurnata. L-indiċi lokali żdiedu bi ftit.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, Trident Estates żdiedu kważi 2% segwiti mill-Malta International Airport u l-RS2 Software, b’żidiet ta’ 1.27% u 0.96% rispettivament. Il-Bank of Valletta, il-GO u l-Medserv kienu negozjati iżda bla bidla fil-prezz. L-HSBC Bank Malta kien l-uniku sehem
f’territorju negattiv illum bi tnaqqis ta’ aktar minn 2%.

Fis-settur tal-bonds, il-Mediterranean Investment Holdings żdiedu b’5.56%, ferm akbar mill-movimenti l-oħra. L-AX Group u l-Hili Finance 2029 żdiedu 1% waqt li Investments 1923, il-Grand Harbour Marina, l-International Hotel Investments u l-Eden Finance kollha tilfu bejn 1 u
2% Commodities.

Is-Segretarju Ġenerali tal-OPEC qal li l-irkupru fis-suq taż-żejt jista’ jieħu aktar żmien milli kien ittamat hekk kif l-infezzjonijiet mill-koronavirus żdiedu madwar id-dinja u l-OPEC u l-alleati tagħha ser jibqgħu fit-triq li jibbilanċjaw is-suq.

L-OPEC u l-alleati inkluża r-Russja għamlu tnaqqis rekord fil-produzzjoni f’April wara li l-pandemija laqtet lid-domanda. Huma mistennija li jżidu l-produzzjoni f’Jannar bħala parti mill-illaxkar tat-tnaqqis fil-produzzjoni.