Barranin, Lokali
L-isterlina taqa’ sew kontra d-dollar u l-ewro minħabba beżgħat dwar Brexit

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina llum waqgħet sewwa kontra d-dollaru u l-ewro, taħt pressjoni mill-beżgħat ta’ Brexit radikali wara l-kummenti tal-Prim Ministru Birttanika Teresa May lbieraħ.

Id-dollaru tela’ kontra basket ta’ muniti oħrajn hekk kif ir-rapport dwar l-impjiegi għal Diċembru appoġġja l-argument għal żieda fl-imgħax. Kontra l-ewro, id-dollaru baqa’ stabbli.

Id-dollaru Awstraljan illum żdied fl-Asja f’negozju fqir għax il-Borża ta’ Tokyo kienet magħluqa u l-investituri jistennew rimarki mill-President-elett Donald Trump f’konferenza stampa ppjanata għal din il-ġimgħa kif ukoll minn għadd ta’ kelliema tal-Federal Reserve inkluża l-President Janet Yellen.

Indiċijiet

Id-Dow Jones illum fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.27%. Fl-Ewropa, kien il-FTSE 100 li għalaq f’territorju pożittiv b’żieda ta’ 0.25%. L-iSTOXX 50 u d-DAX it-tnejn tilfu madwar 0.6% u l-CAC 40 kellu tnaqqis akbar ta’ 0.74%. In-Nikkei kien magħluq minħabba festa pubblika waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.07%.

Ishma Lokali

Fis-suq tal-ishma lokali, żewġ ishma biss kellhom żieda llum. Simonds Farsons Cisk żdiedu b’0.71% u l-Bank of Valletta b’0.66%. Fin-naħa opposta, kien hemm it-Tigne Mall bi tnaqqis ta’ 4.2%, l-RS2 Software b’1.31% u l-HSBC Bank Malta b’0.26%. Żewġ ishma oħra, il-GO u l-MIDI, kienu nnegozjati iżda bla bidla fil-prezz.

Bonds Lokali

Is-suq tal-bonds illum kien kwiet. Minkejja numru ta’ transazjonijiet erba’ bonds bidlu l-prezz. Kemm l-International Hotel Investments 2026 Secured kif ukoll dawk unsecured telgħu b’0.04% u 0.86% rispettivament. L-International Hotel Investments 2020 tilfu 1.96%, il-Premier Capital 2020 kellhom telf ta’ 1.24%, il-Corinthia Finance 2022, il-GAP Group 2023 u l-PTL Holdings 2024 ma kellhom ebda bidla fil-prezz.

Indikaturi Ekonomiċi

Ir-rata tal-qgħad fiż-żona tal-ewro ma nbidlitx ix-xahar li għadda. F’rapport, il-Eurostat qal li r-rata tal-qgħad baqgħet 9.8%, l-istess bħax-xahar ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet tad-deheb laħqu l-ogħla prezz f’ħames ġimgħat illum, u estendew iż-żidiet ta’ matul il-lejl hekk kif l-investituti komplew jiddibattu l-pass mistenni taż-żidiet fir-rati ta’ interessi fl-Istati Uniti matul l-2017.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa sewwa għax kompla jiżdied in-numru ta’ rigs li jaħdmu fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru rkupra llum, wara li kien laħaq lanqas rata f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif il-bankiera ċentrali tal-Istati Uniti wrew li qed iħarsu b’attenzjoni lejn l-inflazzjoni mgħejjuna minn…

Aktar