Barranin
L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn

Muniti

L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1238; madankollu mbagħad irtira għal $1.1212. Il-munita unika kienet reżiljenti minkejja l-aħħar sensiela ta’ tensjonijiet kummerċjali u x’aktarx dan seħħ minħabba persuni li kienu qed ibiegħu l-munita kontra muniti ta’ ekonomija emerġenti reġgħu xtraw lura l-ewro.

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn ta’ $1.2928  u anke tilfet kontra l-ewro li ssaħħaħ b’0.17%. Il-pagi fir-Renju Unit żdiedu b’rati tajbin ħafna matul l-aħħar sena iżda naqsu għal 3.2% fl-ewwel kwart  tal-2019, inqas mit-tbassir ta’ 3.4% u inqas miċ-ċifra preċedenti ta’ 3.5%.

Indiċi

L-ishma mondjali llum żammew qrib l-inqas prezzijiet hekk kif kummenti xi ftit ottimisti minn uffiċjali Amerikani u Ċiniżi ġabu xi serħan, jum wara li l-ishma sofrew l-akbar bejgħ sa issa din is-sena.

Madankollu, iċ-Ċina qalet li ser timponi tariffi ogħla fuq il-parti l-kbira tal-importazzjoni mill-Istati Uniti aktar mill-mira ta’ $60 biljun. Dan naqqas is-sentiment ta’ riskju madwar id-dinja hekk kif iċ-Ċina rritaljat kontra żieda fit-tariffi Amerikani li bdiet isseħħ nhar il-Ġimgħa.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bil-qawwi llum wara li l-esportatur ewlieni, l-Arabja Sawdija qalet li drones mimlija splussivi mibgħuta mill-moviment Jemeni allineat mal-Iran kienu attakkaw faċilitajiet taż-żejt tal-kumpanija statali Aramco.

Il-Brent żdied b’1.34% għal $71.16 u l-United States West Texas Intermediate wera żieda ta’ 0.97% għal $61.62.

Id-deheb jidher li huwa l-assi li qed igawdi l-aktar mit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Huwa kellu l-akbar żieda minn Frar wara li ċ-Ċina ħabbret li ser iżżid it-tariffi kontra xi prodotti Amerikani u b’hekk kabbret it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u laqtet ħażin lill-ishma u b’hekk id-deheb sar investiment l-aktar imfittex.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa taħt id-$1.12 għall-inqas livell kontra dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri evalwaw mill-ġdid l-aspettattivi tagħhom dwar b’kemm jista’ l-Federal Reserve jnaqqas ir-rati tal-interessi dan ix-xahar. In-nominazzjoni tal-President…

Aktar