Barranin
L-isterlina teħles mill-inċertezza politika li kellha fuqha

Muniti

L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll minn tnaqqis fil-valur tad-dollaru. L-isterlina kienet issaħħet kmieni fil-jum għall-ogħla livelli f’seba’ xhur hekk kif l-investituri saru aktar fiduċjużi li l-Konservattivi ser ikollhom maġġoranza assoluta, u dan neħħa l-inċertezza politika li kellha fuqha l-isterlina.

Id-dollaru kien qrib l-inqas rata f’xahar hekk kif is-swieq baqgħu anzjużi dwar il-progress tat-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u stennew statistika Amnerikan li tista’ turi hekk din it-tilwima kummerċjali mtawla għamlitx ħsara lill-konsum fl-Istati Uniti.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu wara erbat ijiem ta’ tnaqqis, hekk kif iż-żidiet fl-ishma tat-teknoloġija u statistika inkorraġanti mis-settur tas-servizzi fiċ-Ċina għenu biex għelbu t-tħassib dwar it-tilwima kummerċjali.

L-ishma fl-Istati uniti fetħu ogħla wara rapport li l-Istati Uniti u ċ-Ċina resqin lejn lejn l-ewwel fażi ta’ ftehim kummerċjali.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta tilfu 4% u l-MIDI 5.45%. Il-Bank of Valletta, il-BMIT Technologies, il-GO, l-International Hotel Investments u Simonds Farsons Cisk ma kellhom ebda moviment f’termini perċentwali.

Fis-sesssjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022 żdiedu b’0.50% u l-Phoenicia Finance Company 2023/28 avvanzaw b’ 0.48%. Il-Von der Heyden Group Finance 2024 tilfu 0.25%, it-Tumas Investments 2024 tilfu 0.61%, in-1923 Investments 2024 tbaxxew b’ 1.95% kif għamlu is-6PM Holdings 2025 b’0.49%.

L-OPEC riesqa lejn aktar tnaqqis fil-produzzjoni aktar tard din il-ġimgħa iżda għad baqgħalha tiftiehem mal-alleati bħar-Russja dwar id-dettalji biex ikunu sostnuti l-prezzijeit taż-żejt u jiskansaw produzzjoni qawwija żjeda s-sena d-dieħla.

L-azzjonijiet tal-OPEC fil-passat irrabjaw lill-President Trump li dejjem talab lill-mexxej tal-grupp, l-Arabja Sawdija, biex jitbaxxa l-prezz jekk trid li l-Gvern Amerikan jipprovdilha appoġġ militari kontra l-Iran.

Id-deheb stabilizza ruħu qrib l-ogħla prezz f’xahar hekk kif l-investituri stennew ċarezza dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li l-palladju tela’ għall-prezz rekord minħabba provvista skarsa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Barranin

Muniti L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt…

Barranin

Muniti L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122. Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti…

Aktar