Barranin
L-isterlina telgħet lejn l-ogħla rata f’ħames xhur u bbenefikat mid-dgħufija tad-dollaru Amerikan

Muniti

L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm aktar mit-tbassir ta’ 58.0. Wara li qabeż il-livell ta’ $1.18, l-ewro baqa’ fiż-żona ta’ $1.1760 kmieni waranofsinhar. Minkejja l-korrezzjoni, xorta wera żieda ta’ 0.19% fuq ilbieraħ.

L-isterlina telgħet lejn l-ogħla rata f’ħames xhur, u bbenefikat mid-dgħufija tad-dollaru Amerikan anke jekk l-istatistika wriet li t-telf ta’ impjiegi fl-Ingilterra żdied għall-ogħla livell f’aktar minn 10 snin fit-tliet xhur li għalqu f’Ġunju.

Id-dollaru Kanadiż żdied kontra fdak Amerikan li kien aktar dgħajjef hekk kif tjiebu l-prospetti ta’ stimulu ekonomiku u l-istatistika domestika wriet żieda mhux mistennija bil-bidu ta’ djar ġġodda.

Indiċi

Il-prezzijiet fl-S&P 500 laħqu livell għoli li qatt ma ntlaħaq u l-indiċi laħaq il-livelli ta’ qabel mal-kriżi tal-coronavirus fi Frar waslet għall-akbar kraxx ekonomiku fl-istorja.

Id- Dow Jones qabel il-livell ta’ 28,000 għall-ewwel darba minn Frar. Is-sentiment fil-qasam tal-ishma kien pożittiv ħafna bl-indiċijiet kollha juru żidiet bejn 2% u 3%.

L-indiċi li mar l-aħjar kien il-Franċiż CAC 40 b’żieda ta’ 2.71%, segwit mid-DAX u l-iSTOXX 50. It-Topix tal-Ġappun żdied 2.54% waqt5 li l-FTSE 100 wera żieda ta’ 2%.

L-indiċi lokali kien pożittiv b’0.85%.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Global Capital żduied qrib it-30% today, ferm akbar miż-żieda ta’ bejn 6% u s-7% tal-MIDI u l-Mapfre. Il-Go avvanżaw 3% waqt li l-Bank of Valletta żdiedu kważi 2%. Telf konsiderevoli, bl-International Hotel Investment li jitilfu 2% u l-Maltapost jonqsu
b’7.56%. Għal darb’oħra dawn il-bidliet mqabbla mal-moviment qawwi minn Global Capital, jidhru iżgħar milli huma.

Bonds

Il-bidliet fil-prezzijiet tal-bonds kienu aktar razzjonali mill-ishma bl-AX Group fuq quddiem b’żieda ta’ 1.5%, segwiti minn nofs iż-żieda reġistrata minn Von Der Heyden Group. L-AX Investments żdiedu 0.5%. Il-Gap Group tilfu 0.4% waqt li l-MIDI 2026 tilfu qrib it-2%.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu hekk kif id-dollaru baqa’ mal-livell riċenti, waqt li l-aspettattivi ta’ ftehim dwar stimulu ekonomiku fl-Istati Uniti tejjeb is-sentiment ta’ riskju u wassal biex l-investituri jieħdu l-profitti miż-żieda fil-prezz tad-deheb ta’ dan l-aħħar.

Il-prezz tilef 3.5%, mill-prezz rekord tal-ġimgħa li għaddiet ta’ $2,072.50. Il-fidda tilfet aktar minn 6.6%.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar