Barranin
L-isterlina tiddgħajjef – l-ewforija tal-elezzjoni tagħmel wisa’ għall-ansjetà

Muniti

Id-dollaru llum temm sitt ijiem ta’ telf biż-żieda ta’ 0.25%, fl-ewwel jum ta’negozju tas-sena u baxxa lill-ewro mill-ogħla livell f’ħames xhur waqt li l-yuan warrab mossa monetarja dwar il-likwidità li setgħet iżżid b’kemm jiswew $115 biljun likwidità.

In-negozju fis-swieq finanzjarji jista’ jibqa’ baxx sa nhar it-Tlieta meta jiftħu l-parti l-kbira minnhom wara l-btala tal-Epifanija iżda l-investituri jserrħu rashom li d-dollaru ħareġ mill-perjodu tal-btajjebl mingħajr ma kellu l-issikkar tas-swieq li ħafna beżgħu li seta’ jkolu.

L-indiċi tad-dollaru tbaxxa b’0.4% lejlet l-Ewwel tas-Sena hekk kif l-banek l-kbar ħadu biss porzjon żgħir mill-$150 biljun offruti mill-Federal Reserve u l-ispejjeż tas-self tbaxxew għall-inqass livell minn Marzu 2018.

L-isterlina kienet aktar dgħajfa llum hekk kif l-ewforija tal-elezzjoni ta’ Diċembru għamlet il-wisa’ għall-ansjetà dwar ir-riskju li r-Renju Uniti ma jilħaqx ftehim mal-Unjoni Ewropej sa tmiem l-2020 wara l-ħruġ fi tmiem dan ix-xahar. Il-likwidità fis-suq kienet żgħira iżda t-tnaqqis wera kemm huma mħassba l-investituri dwar in-negozjati tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea wara l-ħruġ. Ir-Renju Unit għandu sena biex jikseb ftehim kummerċjali u l-perjodu jista’ jkun estiż lil hinn minn Diċembru 2020, iżda l-Prim Ministru Boris Johnson diġà qal li mhux ser jitlob estensjoni minkejja twissijiet li diffiċli tilħaq ftehim f’inqas minn sena.

Indiċi

L-ishma Ewropej bdew deċennju ġdid fuq nota tajba minħabba stimulu monetarju ġdid miċ-Ċina u ottimiżmu dejjem jikber dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, waqt li l-ishma tal-kumpanija Airbus żdiedu wara rapport li qabżet lill-Boeing biex saret l-akbar manifattur tal-ajruplani fid-dinja.

L-ishma fl-Istati Uniti bdew l-ewwel jum ta’ negozju tal-2020 ftit inqas mil-livelli rekord hekk kif l-istimulu monetarju ġdid miċ-Ċina biex tgħin l-ekonomija li kienet qed tbati kompla żied mal-ottimiżmu dwar it-tnaqqis fit-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-lumm,eċċ kif ukoll l-prospetti tajbin dwar it-tkabbir ekonomiku globali.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt stabilizzaw rwieħhom wara żidiet bikrin illum minħabba sinjali ta’ titjib fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li naqqsu t-tħassib dwar id-domanda għaż-żejt u waqt li t-tensjonijiet li qed jikber fil-Lvant Nofsani sostnew il-prezzijiet.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum qrib l-ogħla livell fi tliet xhur hekk kif huma bbenefikaw mid-dgħufija fid-dollaru, bis-suq iffokati fuq il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve ta’ Diċembru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Aktar