Barranin
L-isterlina tieħu daqqa ’l isfel bid-deċiżjoni ta’ Boris Johnson

Muniti

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru ma nbidlitx minn $1.1094, bi ftit li xejn statistika ekonomika skedata għal għada jew żviluppi li jixprunaw ċaqliq akbar. L-aħbarijiet pożittivi mill-Italja, fejn il-Movimento Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku jidher li resqin lejn ftehim dwar koalizzjoni ġdida, ftit li xejn jistgħu jgħinu lill-ewro b’mod sinifikattiv.

L-isterlina llum tbaxxiet għall-inqas rata fi kważi ġimgħa u r-renditi tal-bonds tal-Gvern waqgħu, wara li l-Prim Ministru Boris Johnson beda l-proċess biex jissospendi l-Parlament f’Settembru, u b’hekk ta lill-parlamentari ftit li xejn żmien biex jopponu Brexit bla ftehim.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa llum tilfu, immexxija mill-kumpaniji tat-teknoloġija, hekk kif kibret il-biża’ li l-ekonomiji ewlenin setgħu jkunu f’xifer riċessjoni. Bidla fir-rendita mill-bonds tat-Teżor Amerikan għal darba oħra ħarbtet lill-investituri diġà mħassba dwar it-tkabbir ekonomiku quddiem il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina, li issa daħlet fit-tieni sena u li qed ikollha effett fuq l-ekonomija globali.

Skont stqarrija mill-Privy Council, li huwa korp ta’ konsulenti għar-reġina Eliżabetta tar-Renju Unit, din approvat il-pjan ta’ Johnson li jissospendi l_Parlament. L-istqarrija kkonfermat li l-Parlament ser ikun sospiż f’jum bejn id-9 u t-12 ta Settembru sal-14 ta’ Ottubru.

Ekwiti Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.45%; l-International Hotel Investments b’0.67% waqt li l-Malta International Airport tilfu 0.67%. Kien hemm żieda ta’ 1.49% fil-Malta Properties Company; tnaqqis ta’ 0.52% fl-RS2 Software. Il-MIDI u Simonds Farsons Cisk ma kellhom ebda tibdil.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 0.25% fil-Gasan Finance 2019/21; 1% fil-Mediterranean Investments Holdings 2022; 0.46% fil-Merkanti Holding 2026; 0.83% f’Simonds Farsons Cisk 2027.

Il-Hili Finance Company 2026 tilfu 0.54%; il-Phoenicia Finance Company 2023/28 tbaxxa b’0.47% u l-Basnk of Valletta 20230 (l-ewwel serje) żdiedu b’0.54%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu wara li statistika dwar l-industrija wriet li tnaqqis fil-ħażniet Amerikani naqqas it-tħassib dwar domanda inqas minħabba t-tilwima maċ-Ċina. Il-Brent żdied 2.05% għal $60.73 u il-West Texas Intermediate kellu żieda ta’ 2.68% għal $56.43.

Il-prezz tad-deheb zamm qrib l-ogħla livell f’sitt snin wara li żdied b’aktar minn 1% fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif il-biża ta’ riċessjoni u l-kunflitt kumerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wasslet biex l-investituri jinvestu f’assi sikuri. Il-prezz kien ta’ $1,537.69, tnaqqis ta’ 0.42%. Nhar it-Tnejn il-prezz kien $1,554.56 – l-ogħla mill-2013.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Aktar