Barranin
L-isterlina tieħu daqqa ’l isfel wara dikjarazzjoni ta’ Johnson dwar Brexit

Muniti

L-ewro wera żieda ta’ 1.2% kontra l-isterlina maħsuda minn Brexit u 0.2% kontra d-dollaru għal $1.1162. Kontra d-dollaru, l-isterlina tilfet aktar minn 1% għal $1.3155, u b’hekk tilfet iż-żieda li wriet eżatt wara l-elezzjoni.

L-isterlina intlaqtet ħażin wara li l-Prim Ministru Johnson, inkorraġut mir-rebħa elettorali, reġa’ poġġa fid-diskussjoni l-eventwalità ta’ Brexit bla ftehim, meta qal li huwa ser jagħmel illegali estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni lil hinn mill-2020.

Il-ġimgħa li għaddiet donnhom tneħħew żewġ riskji maġġuri li kienu qed jiddominaw is-swieq dinjin: ftehim preliminari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u r-rebħa tal-Prim Ministru Ingliż fl-elezzjoni, bil-wegħda li jtemm l-inċertezza dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma Ewropej tilfu wara żieda rekord llum hekk kif twissija dwar il-bejgħ mill-kumpanija Unilever wasslet biex l-investituri ibeighu ishma f’kumpaniji ta’ prodotti għall-konsumatur, waqt li t-tħassib li r-Renju Unit ser ikun iebes matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni dwar Brexit tellef lill-ishma domestiċi Ingliżi.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis taħt pressjoni mill-waqgħa fil-prezz tal-Boeing hekk kif żdiedet il-kriżi dwar il-Boeing 737 Max, waqt li l-S&P u n-Nasdaq tħabtu biex żammew iż-żidiet.

Stocks Lokali

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 1.92%; il-BMIT Technologies żdiedu 0.98%; l-HSBC Bank Malta żdiedu 0.85%; l-International Hotel Investments avvanzaw b’0.65%; il-Malita Investments kellhom l-akbar żieda dik ta’ 2.78% waqt li l-Plaza Centres żdiedu 1%.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 żdiedu 1.01%; l-International Hotel Investments 2025 żdiedu 0.71%; is-6PM Holdings 2025 avvanzaw b’0.70% kif għamlu l-International Hotel Investments 2026 b’0.98%. F’territorju negattiv kien hemm id-Dizz Finance 2026 b’0.88%; il-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026 b’0.78% u l-Mercury Projects Finance 2031 b’0.79%.

Prodotti Essenzjali

Il-Viċi-President tal-produttur taż-żejt Russu, Lukoil, Leonid Fedun qal li l-prezz taż-żejt bejn id-$60 u l-$65 kull barmil ikun tajjeb għall-parteċipanti fil-ftehim maqbul bejn l-OPEC u l-alleati biex jillimitaw il-produzzjoni.

L-OPEC u l-alleati impenjaw irwieħhom lejn l-akbar qtugħ fil-produzzjoni f’10 snin wara l-ewwel ta’ Jannar li ġej fi sforz biex jiskansaw produzzjoni żejda qawwija u jsostnu l-prezz.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Aktar