L-Isterlina tieħu r-ruħ minkejja li n-negozju kien kwiet

L-Isterlina żdiedet lura lejn id-$1.31, għalkemm in-negozju kien kwiet fl-assenza ta’ żviluppi sinifikanti dwar il-Brexit hekk kif il-Partit Konservattiv u dak Laburista qed ikomplu bit-taħditiet tagħhom.

Il-Yen tbaxxa lejn l-inqas rata tal-2019 u l-Frank Żvizzeru laħaq l-inqas rata fi kważi xahar hekk kif irkupru fis-swieq finanzjarji globali naqqsu d-domanda għal muniti meqjuża bħala sikuri.

L-indiċi tad-dollaru tilef 0.1% waqt li l-ewro żdiedet b’0.1% għal $1.1309.

Għalkemm id-dollaru aktarx li ma tantx imur tajjeb meta jikber is-sentiment ta’ riskju, jidher li bl-istatistika ta’ nhar il-Ġimgħa l-investituri saħħew il-pożizzjonijiet fit-tul għad-dollaru, u issa huma l-akbar minn Diċembru 2015 waqt li ma tantx investew fl-ewro.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu f’negozju kwiet waqt li l-ishma tal-banek kienu fuq quddiem taż-żieda, hekk kif hemm ottimiżmu dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u statistika tajba Ċiniża taffiet xi beżgħat dwar l-ekonomija mondjali.

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu fost dħul tajjeb mill-banek u ftehim kbir fis-settur tal-enerġija waqt li l-bonds tat-eżor tbaxxew hekk kif l-istatistika Ċiniża tejbet l-ottimiżmu fl-ekonomija internazzjonali.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Malita Investments żdiedu b’4.12% segwiti mill-International Hotel Investments li kisbu żieda ta’ 3.42%. Il-Medserv ukoll żdiedu bi 2.83%. Ishma li sofrew telf kienu dawk tal-Bank of Valletta u l-MIDI li tilfu 2.99% u 0.81%^ rispettivament.

Bonds Lokali

Il-bonds lokali llum kienu b’mod ġenerali negattivi bl-akbar tnaqqis kien fl-iStivala Group Finance 2027 li tilfu 4.50%. Warajhom kien hemm il-Hili Properties 2025 li tilfu 1.452.

Il-prezzijiet taż-żejt illum waqqfu l-avvanz, bil-prezzijiet bil-quddiem tal-Brent jaqgħu taħt il-$71 minħabba sinjali li r-Russja tista’ ttemm it-tnaqqis fil-produzżzjoni.

It-telf kien limitat minn tnaqqis fil-provvista, hekk kif l-produzzjoni tbaxxiet fl-Iran u l-Venezwela fost sinjali li l-Istati Uniti ser tkabbar is-sanzjonijiet fuq dawn iż-żewġ pajjiżi produtturi,.

Il-Brent kien $71.04, bi tnaqqis ta’ 0.71% waqt li l-United States West Texas Intermediate tilef 0.80% għal $63.39.

Id-deheb tilef 0.44% għal $1,285.01 waqt li l-fidda tilfet il-valur b’aktar minn 0.50%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

L-ewro rtira mill-ogħla rati f’xahrejn illum wara li ftehim bejn il-Messiku u l-Istati Uniti dwar l-immigrazzjoni ta spinta lid-dollaru u wara li sorsi qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew kien lesti…

Aktar