Barranin
L-Isterlina tieħu r-ruħ qabel il-laqgħa tal-G20 fejn mistenni ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Muniti

Id-Dollaru żamm iż-żidiet li kellu mill-irkupru riċenti mir-rati baxxi ta’ dan l-aħħar minħabba tamiet li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser jilħqu ftehim kummerċjali qabel is-summit tal-G20 fi tmiem il-ġimgħa, għalkemm is-sentiment tal-investituri baqa’ fraġli. Id-Dollaru tela’ sa $1.1381 kmieni iżda mbagħad ma wera ebda żieda.

L-Isterlina żdiedet illum hekk kif l-investituri biegħu xi investimenti fil-munita Ingliża qabel il-laqgħa tal-G20 fejn mistenni ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Indiċi

L-antiċipazzjoni ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wasslu biex l-ishma Ewropej jiksru x-xejra ta’ tnaqqis ta’ erbat ijiem sħaħ bid-DAX imur tajjeb bl-irkupru tal-kumpanija ġgant tal-kimika Bayer.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu xi ftit ogħla, mgħejjuna minn żidiet fl-ishma tat-teknoloġija, qabel il-laqgħa tal-G20. Id-Dow Jones tbaxxa b’0.05%.

Ishma

Fir-rigward tal-ishma lokali, is-Santumas Shareholdings tilfu 12.12%, il-Malta International Airport bi 2.78%, u l-PG tilfu 1.22%. L-RS2 Software żdiedu b’6.12% segwiti mill-Bank of Valletta b’żieda ta’1.26%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, is-6PM Holdings 2025 tilfu 1.75%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 tbaxxew b’0.97% u l-Hili Finance Company 2028 tbaxxew b’0.87%.

L-International Hotel Investments 2026 avvanzaw b’0.49%, l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) wrew żieda ta’ 0.29%, waqt li l-Mercury Projects Finance 2027 żdiedu b’0.39%.

L-OPEC mistennija testendi l-ftehim dwar tnaqqis fil-produzzjoni waqt laqgħa l-ġimgħa d-dieħla u tiddiskuti wkoll li tkabbar it-tnaqqis li ilu iseħħ minn Jannar. Dan intqal mill-Ministru taż-Żejt tal-Iraq.

Ftehim bejn l-OPEC u l-alleati inkluża r-Russja biex inaqqsu l-produzzjoni b’1.2 miljun barmil kuljum jintemm fi tmiem Ġunju. Il-laqgħat nhar it-Tnejn u t-Tlieta jiddiskutu l-passi li jmissu.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar