Barranin
L-Isterlina tieħu r-ruħ wara li tjieb it-taħdit dwar Brexit

Muniti

L-ewro estenda ż-żidiet biex jilħaq id-$1.12 wara li l-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku fl-ewwel kwart tas-sena għaż-żona tal-ewro kienet ferm aħjar milli mistenni, u b’hekk warrbet xi ftit in-negattività li kien hemm għall-munita unika.

Id-dollaru tilef kontra basket ta’ muniti u kompla jitbaxxa mill-ogħla livell fi 23 xahar, hekk kif l-investituri stennew aktar statistika biex ikunu konvinti li jixtru l-munita. Il-muniti ewlenin baqgħu f’firxa dejqa minħabba negozju fqir fil-btajjel fil-Ġappun u ċ-Ċina tfakkar Jum il-Ħaddiem bejn l-Erbgha u l-Ġimgħa.

L-Isterlina laħqet l-ogħla livell f’ġimgħa għal aktar minn $1.30 wara rapport fil-midja li tjieb it-ton tat-taħditiet dwar brexit bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu llum wara li tnaqqis fil-banek u statistika dgħajfa dwar il-manifattura fiċ-Ċina patta għaż-żieda fl-ishma tal-AMS li tagħmel iċ-ċips tal-kompjuter waqt li l-investituri stennew għall-istatistika ekonomika miż-żona tal-ewro.

L-ishma fl-Istati fetħu mħallta waqt li l-investituri studjaw bosta rapporti minn kumpaniji waqt li waqgħa fil-kumpanija omm tal-Google, Alphabet ħalliet effett fuq l-S&P u n-Nasdaq. Id-Dow Jones tilef 0.10%.

Ishma

F’Malta l-RS2 Software żdiedu b’6.16% segwiti minn PG bi 3.23% u Simonds Farsons Cisk bi 2.78%. Il-GO tilfu 4.89% u kien hemm tnaqqis ta’ 0.83% fil-Mapfre Middlesea.

Bonds

Il-bonds lokali kienu b’mod ġenerali negattivi bl-International Hotel Investments 2025 jitilfu 2.33%, il-MIDI 2026 b’1.65%. Il-Pendergardens Development 2020 tilfu 1.25% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.94% fil-GAP Group 2022.

Il-prezz taż-żejt tela’ ‘l fuq minn $72 hekk kif l-mexxej tal-oppożizzjoni fil-Veneżwela appella lill-militar biex jappoġġjah biex itemm il-ħakma tal-President Maduro. L-Arabja Sawdija qal li il-ftehim biex titnaqqas il-produzzjoni jista’ jkun estiż sa tmiem l-2019.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa llum, hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor komplew jilħqu livelli baxxi ġodda, u l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi biex itaffi l-impatt tal-coronavirus…

Barranin

Muniti Bl-esportazzjoni inżammet lura l-attività ekonomika fil-Ġermanja fir-raba’ kwart tal-2019. Dan jikkonferma li l-akbar ekonomija fiż-żona euro kienet diġà qed tistaġna ferm qabel l-imxija tal-coronavirus. L-ewro tilef 0.15% kontra d-dollaru…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Aktar