Barranin
L-Isterlina tieħu tisbita bix-xogħol li għad fadal xi jsir qabel jintlaħaq ftehim dwar Brexit

Muniti

Id-dollaru żdied illum hekk kif l-investitui xtraw assi aktar sikuri hekk kif saru aktar kawteli dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru waqa’ l-ġimgħa li għaddiet, u ħa tisbita nhar il-Ġimgħa, hekk kif l-ottimiżmu li jista’ jintlaħaq ftehim, flimkien mal-bidu tat-taħditiet dwar il-Brexit tefgħu lill-investituri lejn assi aktar riskjużi. Il-President Trump qal nhar il-Ġimgħa li Washington u Beijing laħaq ftehim kummerċjali tal-Ewwel Fażi. L-ewro tilef 0,.2% għal $1.1014.

L-Isterlina waqgħet fin-negozju bikri f’Londra, u tilfet aktar minn 0.5% kontra d-dollaru u kontra l-ewro, wara li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea fi tmiem il-ġimgħa saħqu li għad baqa’ ħafna xi jsir qabel ma jintlaħaq il-ftehim dwar il-Brexit.

Indiċi

Irkupru ta’ 3 ijiem fl-ishma Ewropej waqfu llum għax l-investituri evalwaw l-iskala tal-progress tat-taħditiet ta’ nhar il-Ġimgħa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-biża’ tagħhom li l-ftehim dwar il-Brexit kien għadu ‘l bogħod għalkemm kien deher xaqq ta’ dawl.

Ottimiżmu li kien qed jiżdied dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u dwar ftehim ta’ Brexit għenu lill-ishma Ewropej ikollhom ġimgħa mill-aqwa. Iżda analisti qalu li kienet għadha għolja l-ansjetà dwar it-tnaqqis fit-tkabbir globali u l-proċess ta’ Brexit.

L-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew fil-ftuħ tan-negozju llum wara sinjali ta’ taħditiet iebsa ‘il quddiem qabel ma jkun iffirmat il-ftehim parzjali maċ-Ċina mħabbar minn Trump nhar il-Ġimgħa.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta tbaxxew b’0.89%, l-HSBC Bank Malta bi 2.96%, l-International Hotel Investments b’0.65%, il-Malta International Airport wrew tnaqqis ta’ 1.96% u l-Mapfre Middlesea tilfu b’0.93%. Il-MIDI żdiedu b’0.72%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance 2024 tbaxxew b’1.77%, il-Merkanti Holding 2026 b’0.24%, l-International Hotel Investments 2026 (it-Tieni Ħruġ) tilfu 0.29%, l-Eden Finance 2027 tbaxxew b’0.93%, waqt li l-MeDirect Bank (Malta) 2022/27 kellhom tnaqqis ta’ 0.48%. F’territorju pożittiv kienu l-iStivala Group Finance 2027 b’0.47% u l-iStivala Group Finance 2029 b’0.44%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew aktar minn 2% illum hekk kif il-ftit dettalji dwar l-ewwel fażi ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baxxew l-ottimiżmu dwar dawn it-taħditiet li kienu għenu lis-swieq taż-żejt jiżdiedu bi 2% lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-Brent tilef 2.3% għal $50.13 waqt li l-United States West Texas Intermediate tilef 2.67% għal $53.39. Il-ġimgħa filgħaxija l-Istati Uniti u ċ-Ċina taw ħjiel tal-ewwel stadju ta’ ftehim kummerċjali u ssospendew id-dħul ta’ żidiet fit-tariffi Amerikani. Iżda t-tariffi eżistenti ser jibqgħu fis-seħħ u uffiċjali miż-żewġ naħat qalu li għad baqa’ bosta xogħol xi jsir.

Id-deheb issoda llum minħabba li nuqqas ta’ ċarezza dwar il-ftehim wasslu biex l-investituri jmorru lejn assi sikuri u kien hemm irtiraw fis-swieq tal-ishma waqt li l-palladju kompla biż-żieda rekord tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Barranin

L-ewro stabilizza ruħu qrib id-$1.09 f’din li hija meqjusa bħala ġimgħa importanti għall-gvernijiet Ewropej hekk kif jiddibattu l-punti ewlenin ta’ fond ta’ rkupru immirat li jgħin lill-pajjiżi membri. L-Awstrija, in-Netherlands,…

Aktar