Barranin, Lokali
L-isterlina tilħaq l-ogħla rata kontra l-ewro f’9 xhur wara żvolta fir-rati tal-interessi

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas livell f’xahar kontra basket ta’ muniti hekk kif l-investituri studjaw l-implikazzjonijiet tat-tbassir kalm mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti wara li kif kien mistenni li jżid ir-rati tal-interess bi kwart ta’ punt perċentwali.

L-isterlina għal ftit ħin laħqet l-ogħla rata kontra l-ewro f’disa’ xhur wara li żewġ diretturi tal-Bank of England bla mistenni appoġġaw żieda fir-rati tal-interessi. Il-Bank of England, kif kien mistenni, ħalla r-rati kif kienu, iżda l-firda bejn id-diretturi dwar id-deċiżjoni ser tagħti spinta lill-fiduċja tal-konsumatur li l-ispejjeż tas-self ser jogħlew sa Mejju.

L-istokks fl-Istati Uniti tilfu madwar 1% minħabba t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali hekk kif l-amministrazzjoni Trump qed tippjana li timponi tariffi fuq iċ-Ċina u hekk kif l-ishma tal-kumpaniji tat-teknoloġija baqgħu taħt pressjoni. Il-President Trump qed jppjana li jimponi tariffi fuq l-importanzzjoni miċ-Ċina, possibilment kontra issettur ta’ teknoloġija għolja u anke jirrestrinġi l-investiment Ċiniż fl-Istati Uniti. Il-White House qalet li Trump illejla ser jiffirma memorandumn presidenzjali “li jimmira l-aggressjoni ekonomika Ċiniża.

L-indiċi fl-Ewropa sadattant irduppjaw it-telf li kien hemm fl-indiċi fl-Istati Uniti, hekk kif tilfu bejn il-1.4% u l-1.77%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta u t-Topix kellhom żieda kontra x-xejra tal-oħrajn.

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux raffinat Brent naqsu b’61 cents għal $68.69 kull barmil wara li kienu laħqu id$69.70 qrib l-ogħla mill-bidu ta’ Frar. Il-prezzijiet bil-quddiem tal-West Texas Intermediate naqsu b’57 cents għal $64.40. Il-prezzijiet taż-żejt naqsu hekk kif l-0investituri ħadu l-profitt wara l-irkupru ta’ din il-ġimgħa, iżda t-tnaqqis kien limitat minħabba l-isforzi dejjiema tal-OPEC u l-allejati biex inaqqsu l-provvista.

Id-deheb stabilizza taħt l-ogħla livell f’ġimagħtejn milħuq fis-sessjoni ta’ qabel wara li tbaxxa d-dollaru meta l-Federal Reserve wera attegjament inqas aggressiv milli kien mistenni fuq ir-rati.
Il-Federal Reserve żied ir-rati b’25 punt bażi lbieraħ u ta sinjal ta’ żewġ żidiet oħra din is-sena, iżda ma tax ħjiel tat-tielet żieda kif xi ekonomisti kienu bassru.

Id-dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’xahar kontra basket ta’ muniti sakemm irkupra xi ftit f’territorju pożittiv. Dollaru aktar b’saħħtu jagħmel lid-deheb iqum aktar għal dawk li jkollhom muniti oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru Amerikan żamm maż-żidiet wara li tela’ mill-inqas rata fi tliet ġimgħat hekk kif it-tnaqqis fit-tensjoni dwar gwerra kummerċjali kabbar is-sentiment għar-riskju fost l-investituri. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu mgħejjuna…

Barranin

L-ewro llum qabeż id-$1.24 għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li dejta ekonomika tajba ferm miċ-Ċina u tnaqqis fit-tħassib dwar aktar attakki Amerikani fis-Sirja reġgħu qanqlu s-sentiment ta’ riskju, għalkemm…

Barranin, Lokali

Il-Fimbank ħareġ aktar minn mitejn miljun ishma ġodda bi dritt għall-azzjonisti tiegħu Il-bank jittama li b’din ir-rights issue, l-azzjonisti tiegħu jżidu l-investiment tagħhom fil-bank b’mija u erbatax-il miljun Dollaru Amerikan….

Barranin

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-Yen illum hekk kif naqset il-kawtela dwar intervent militari mill-Punent fuq is-Sirja bl-investituri qed jistennew rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji Amerikani. Id-dgħufija tal-Yen,…

Aktar