Barranin
L-isterlina tirkupra mill-inqas rata f’10 ġimgħat

Muniti

L-ewro laħaq mill-ġdid id-$1.1850 u jinsab fi triq ta’ rkupru, hekk kif iddgħajjef id-dollaru. Iċ-ċifri tal-qgħad fl-Istati Uniti għelbu l-estmi bi 364,000, iżda ma rnexxielhomx iqawwu lill-munita.

L-isterlina avvanzat għal aktar minn $1.38 u rkuprat mill-inqas rata f’10 ġimgħat milħuqa ftit qabel. L-istatistika dwar is-settur tal-manifattura fir-Renju Unit ma laħaqx l-estimi b’63.9 waqt li l-Gvernatur tal-Bank of England Andrew Bailey wiegħed li jaġixxi jekk l-inflazzjoni tibqa għolja. Id-dollaru tilef xzi ftit miż-żidiet tiegħu.

Fl-Istati Uniti, l-istatistika ekonomika baqgħet tajba u l-estmi tal-ADP għas-settur privat kienu 692,000 ahjar mill-estmi. Il-fokus tal-lum kienu fuq is-settur tal-manifattura. L-ekonomisti jistennew xahar ieħor ta’ tkabbir mgħaġġel fis-settur industrijali. Tnaqqis potenzjal fil-komponent tal-prezzijiet imħallsa biss jista’ jnaqqas mid-dominanza tad-dollaru.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu ogħla waqt li l-S & P 500 laħaq l-ogħla livell għal ġurnata. Id-Dow Jones kien qed jiżdied b’0.11% mal-ftuħ waqt li l-FTSE 100 kien l-aħjar li mar illum b’żieda ta 1%. L-Ewropa kienet konsistentament pożittiva waqt li l-Ġappun kellu prestazzjoni xi ftit negattiva. L-indiċi lokali tilef 0.63%.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, kien hemm xi ftit volatiltà konsistenti f’żewġt ishma f’direzzjonijiet opposti. Il-MIDI żdiedu aktar minn 15% waqt li l-RS2 Software tilfu kważi 11%. Kien hemm żieda ta’ 2% fil-BMIT Technologies. Iż-żewġ banek ewlenin, flimkien mal-Medserv u l-Malta International Airport kienu negozjati mingħajr bidla fil-prezz.

Bonds

Kienet ġurnata verament kwieta fil-bonds lokali, b’negozju f’erbgħa biss. It-Um Finance u l-International Hotel Investments żdiedu 0.88% u 0.31% rispettivament. Id-Dizz Finance tilfu ftit, waqt li l-International Hotel Investments 2026 tilfu kważi 3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat qed jogħlew sewwa, hekk kif l-investituri rreaġixxew għall-aħħar aħbarijiet mil-laqgħa tal-OPEC u l-alleati li għaddejja bħalissa. Il-West Texas Intermediate kien qed jiġi nnegozjat bl-ogħla prezz minn Ottubru 2018 ta’ $75.60, b’żieda ta’ 3% fuq bażi ta’ jum.

Kmieni fil-jum kien irrappurtat li l-OPEC u l-alleati qed jikkunsidraw li jżidu l-produzzjoni b’madwar 400,000 barmil kuljum minn Awwissu sa Diċembru, u b’hekk iniżżlu t-tnaqqis fil-produzzjoni għal 2 miljun barmil kuljum sa tmiem is-sena. Ir-Russja u l-Arabja Sawdija kienu rrapportati li laħqu qbil preliminari dwar l-istrateġija tal-produzzjomi ukoll.

Id-deheb żdied fuq l-irkupru tal-jum ta’ qabel minn qrib il-livell ta’ $1,750 jew l-inqas f’xahrejn u nofs u żied ir-ritmu għat-tieni sessjoni konsekuttiva.