Barranin
L-isterlina tissabbat wara r-riżenja tal-Ministru għal Brexit

Muniti

L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa May dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, żvilupp li tefa’ l-proċess ta’ Brexit fi kriżi. L-investituri daru lejn assi sodi bħal bonds tat-Teżor Amerikan, bonds Ġermaniżi u bonds Ingliżi.

L-isterlina ħadet tisbita wara li s-Segretarju tal-Istat għal Brexit Dominic Raab ħabbar ir-riżenja tiegħu fuq Twitter, l-ogħla ministru fost dawk li ħabbru r-riżenja dalgħodu. Il-Membru Parlamentari influwenti konservattiv, Jacob Rees-Mogg, ngħaqad ma’ sejħiet għal vot ta’ sfiduċja fil-Prim Ministru. Il-ġrajjiet tal-lum jitfgħu f’dubju l-abbiltà tagħha li tikseb appoġġ parlamentari għall-pjan u anke dwar jekk tibqax mexxej. Statistika fqira dwar il-bejgħ bl-imnut kompliet ssostni l-waqgħa tal-isterlina.

L-ewro tilef 0.05% kontra d-Dollaru għal $1.1304. Barra dan l-ewro tilef ukoll b’0.59% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.17% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.37% kontra l-Yen u 0.15% kontra l-Frank Żvizzeru. Min-naħa l-oħra, l-ewro wera żieda ta’ 1.55% kkontra l-Isterlina.

Indiċi

Hekk kif bdew jitħabbru r-riżenji, ssaħħew il-bonds Ingliżi, il-FTSE 100 żdied f’negozju li kien kważi d-doppju tal-medja fuq 30 jum.

Il-FTSE żdied b’0.1%; l-iSTOXX 50 tilef 0.17%; id-DAX tela’ b’0.01% u l-CAC 40 tilef 0.47%.

Id-Dow Jones tilef 0.52% mal-ftuħ waqt li l-indiċi tal-Borża ta Malta tbaxxa b’0.039%.

Shares u Bonds

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdied b’0.56% għal €1.80. L-International Hotel Investments, il-MaltaPost, Simonds Farsons Cisk u Trident Estates ma wrew ebda ċaqliq minkejja n-negozju fihom dalgħodu. Il-Bank of Valletta tilfu aktar minn 0.70% għal €1.33.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 żdiedu b’1.52% waqt li l-Pendergardens Developments 2020 baqgħu bla bidla.

F’territorju negattiv kien hemm il-Hili Finance Company 2028 b’0.01%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.19%; il-Virtu Finance 2027 b’0.24%; in-1923 Investments 2024 b’0.28% u l-AX Investments 2024 b’0.45%.

Prodotti Essenzjali 

Il-prezzijiet taż-żejt komplew jogħlew bil-brent juri żieda ta’ 1.00% għal $66.78 u l-U.S.Light crude b’0.50% għal 56.53.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.18% għal €1,213.04 u l-fidda żdiedet b’0.36% għal $14.1873.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar