Barranin
L-isterlina tista’ tiżdied b’6% kontra l-ewro jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bi ftehim

Muniti

Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita li ilha ssofri żmien.

Stħarriġ minn Reuters juri li l-Isterlina tista’ tiżdied b’6% kontra l-ewro jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropa bi ftehim, prospett li jidher aktar probabbli wara li l-parlamentari ħadu l-kontroll tal-parlament biex jippruvaw jimblukkaw Brexit bla ftehim.

L-Isterlina nhar it-Tlieta waqgħet għall-inqas rata fi tliet snin wara t-theddida impliċita tal-Prim Ministru Johnson lill-parlamentari li jew jagħtuh appoġġ inkella ssir elezzjoni u dan wassal biex investituri jbiegħu assi Brittaniċi.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu għat-tieni jum wara l-ieħor illum, wara li ċ-Ċina qalet li hija ser ikollha taħditiet mal-Istati Uniti u dan wassal għal tamiet li ż-żewġ pajjiżi ser jagħmlu progress dwar it-tilwima li wasslet lill-ekonomiji ewlenin f’xifer riċessjoni. Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż qal li l-grupp ta’ negozjaturi Ċiniżi ser jikkonsultaw mal-kontrapartijiet Amerikani f’nofs Settembru bi tħejjija għat-taħditiet kmieni f’Ottubru, u ż-żewġ naħat qablu li jieħdu azzjonijiet biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli.

L-Ishma fl-Istati Uniti għolew ukoll għat-tieni jum wara li l-Istati Uniti u ċ–Ċina qablu li jkollhom taħditiet ix-xahar id-dieħel u dan kabbar it-tamiet li tonqos it-tensjoni kummerċjali.

Fin-negozju fil-Borża ta’ Malta, it-Tigne Mall tilfu 5.26%; il-Plaza Centres telgħu b’1.98%; il-MIDI tilfu 4.69%; il-Mapfree Middlsea żdiedu bi 3.88% waqt li l-Malta International Airport avvanzaw bi 2.78%. Il-Main Street Complex wrew tnaqqis ta’ 1.64% bil-Bank of Valletta jiżdiedu b’1.79%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance 2024 tilfu 0.92%; in-1923 Investments 2024 żdiedu 0.49%; il-Best Deal Properities Holdings 2024 naqsu b’0.48%; il-Merkanti Holding 2026 żdiedu 0.38% bil-MeDirect Bank (Malta) 2022/27 javvanzaw 2.44%. F’territorju negattiv kien hemm il-Virtu Finance 2027 b’0.48% u l-Hili Finance Company 2028 b’1.81%.

Il-prezz taż-żejt żdied għal $61 kull barmil minħabba li tamiet ta’ progress fit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina saħħew is-sentiment tal-investitur, għalkemm rapport li wera żieda fil-ħażniet Amerikani illimita l-prezz.

Iż-żejt mhux raffinat żdied b’aktar minn 4% ilbieraħ minħabba statistika ekonomika pożittiva miċ-Ċina li wasslet għal irkupru usa fis-suq.

Il-prezz tad-deheb illum tbaxxa għax l-investituri ħadu l-qligħ wara li l-prezz kien tela’ għall-ogħla livell f’sitt snin fis-sessjoni tal-bieraħ waqt li tamiet ta’ progress bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wasslu lill-investituri jfittxu assi aktar riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti L-ewro ħa tisbita għall-inqas rata fi 28 xahar kontra d-dollaru għax l-investituri qed jistennew rati ta’ interessi negattivi għal żmien twil fiż-żona tal-ewro. Il-waqgħa tal-munita unika waslet ukoll mat-tisħiħ…

Aktar