Barranin
L-isterlina titbaxxa bl-investituri jistennew l-aħħar żviluppi dwar Brexit

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro llum tilef kważi ċenteżmu wara li kien tela’ għall-ogħla livell fi tliet snin ‘il fuq minn $1.23, hekk kif xi investituri kabbru l-ottimiżmu dwar il-munita, għalkemm tħassib minn dawk li jifformulaw il-politika monetarja din il-ġimgħa laqat ħażin lill-ottimiżmu inġenerali. L-isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru wara rkupru hekk kif l-investituri ħadu l-profitt u stennew l-aħħar żviluppi fin-negozjati dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

Aġġornamenti fqar dwar in-negozju fir-Renju Unit u attività dwar in-negozju wassal għal ċaqliq fl-ishma fl-Ewropa hekk kif is-suq usa segwa ‘l isfel l-istokks fl-Istati Uniti wara bidu tajjeb ħafna għas-sena.

Kmieni waranofsinhar il-FTSE 100 kien qed jitlef kważi 0.2% u indiċijiet ewlenin Ewropej ukoll kienu iktar baxxi. Id-DAX kien qed jitlef 0.3% waqt li l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 tbaxxew ftit. It-Topix tal-Ġappun ukoll għalaq f’territorju negattiv. L-indiċi lokali żdied b’aktar minn 0.3%. Id-Dow Jones fetaħ f’territorju pożittiv.

Ishma Lokali

L-HSBC u l-Malta International Airport żdiedu aktar minn 2%. Il-Bank of Valletta, il-PG u l-RS2 Software kienu negozjati mingħajr bidla fil-prezz. Simonds Farsons Cisk tilfu qrib l-4% iżda fl-aħħar mill-aħħar fi tmiem is-sessjoni n-negozju kien pożittiv.

Bonds Lokali

L-istess andament kien fis-sessjoni tal-bonds lokali fejn l-SD Finance u l-International Hotel Investments żdiedu qrib it-2%. F’territorju negattiv, il-Mediterranean Investment Holdings u t-Tumas Investments tilfu madwar 0.5% kull wieħed. It-tielet bond li żdied kien il-Von der Heyden Group Finance 2024 li żdiedu 0.86%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-Bank of Canada dalwaqt joħroġ id-deċiżjoni tiegħu dwar ir-rati tal-interesssi fejn mistenni li jżidhom b’25 punt bażzi mill-livell preżenti ta’ 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew wara żidiet kmieni llum, iżda baqgħu kundizzjonati minn provvista inqas u domanda globali qawwija. Il-prezzijiet ta’ referenza żiedu l-prezz taż-żejt b’madwar 13% minn Diċembru, mgħejjuna mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u r-Russja, kif ukoll minn domanda qawwija.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew qrib l-ogħla f’erba’ xhur anke jekk dollaru aktar b’saħħtu għamel lid-deheb iqum aktar għal dawk b’muniti oħrajn. Il-prezz tad-deheb żdied bi 8% minn nofs Diċembru, mgħejjun mid-dgħufija tad-dollaru għall-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ munita ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Aktar