Barranin
L-isterlina titbaxxa fl-isfond tat-theddida mir-Renju Unit li jħassar il-ftehim ta’ Brexit

Muniti

L-isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u kontra l-ewro hekk kif it-taħditiet dwar il-Brexit daħlu fi kriżi wara t-theddida Ingliża li tħassar il-ftehim dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea. Huwa rrappurtat li r-Renju Unit qed iħejji leġiżlazzjoni biex iħassar partijiet ewlenin mill-Ftehim – pass li, jekk jiġi implimentat, jista’ jipperikola it-Trattat ta’ Jannar u jikkawża inkwiet fl-Irlanda ta’ Fuq.

Il-moviment fis-swieq illum kienu dominat minn movimenti fil-munita Ingliża għaliex il-movimenti tagħha poġġew fl-isfond lill-muniti l-oħrajn. Il-moviment tal-isterlina kontra l-ewro kienu tal-anqas ħames darbiet aktar minn dak ma’ muniti oħrajn kontra l-ewro. L-ewro tilef xi ftit kontra d-dollaru Amerikan, dak Awstraljan, il-Yen u l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika issaħħet kontra d-dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-ishma Ewropej irpiljaw illum wara tħarbita f’Wall Street fl-ishma tat-teknoloġija sabiex baxxew is-sentiment globali baxx fil-ġimgħa ta’ qabel, bl-investituri iżommu l-attenzjoni fuq l-iżviuppi tal-vaccin kontra l-COVID-19.

Dejta wriet li l-produzzjoni industrijali fil-Ġermanja kibret inqas milli mistenni, ħaġa li turi li l-akbar ekonomija fl-Ewropa qed tiffaċċja ritorn bil-mod lejn il-livelli ta’ produizzjoni li kellha qabel il-pandemija.

In-Nikkei tal-Ġappun tbaxxa wara tnaqqis f’Wall Street waqt li s-SoftBank Group tilef weara rappporti li għamel telf qawwi fl-ishma tat-teknoloġija fl-Istati Uniti. In-Nikkei tilef 0.50% waqt li t-Topix tilef 0.42% biż-żewġ indiċijiet jitilfu aktar mill-ogħla livell li kellhom nhar il-Ħamis. L-indiċi lokali żdied 0.65%

Ishma u Bonds

Fl-ishma lokali il-movimenti kienu aktar pożittivi bil-Maġfre b’żieda ta’ 11%. Isefgwu kien hemm it-Trident u l-Malta International Airport b’madwar 3%. L-HSBC żdiedu b’1.25%. Negattivi kienu il-Medserv, l-RS2 Software u l-Bank of Valletta li tilfu madwar 1%.

Il-bonds kellhom xejra kuntrarja għax iż-żieda kienet biss fl-International Hotel Investments 2021 bi 3% u l-Vond der Heyden b’0.5%.
F’territorju negattiv kien hemm Hili, SD Finance, Farsons u Tum Finance li tilfu madwar 1% u l-Phoenicia tilfu 4%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu hekk kif l-Arabja Sawdija għamlu l-akbar tnaqqis f’xahar f’madwar ħames xhur għall-provvisti lejn Asja u l-inċertezza dwar id-domanda miċ-Ċina jċajpru l-irkupru.

L-ekonomija globali ftit li xejn tidher li riesqa lejn tnaqqis kbir minħabba il-koronavirus imma l-ħażniet kbar u l-inċertezza dwar id-domanda miċ-Ċina tappmu l-irkupru fis-suq.

Id-deheb tilef hekk kif żdied id-dollaru għalkemm l-inċertezzi żammewh milli jkompli jitbaxxa għax l-investituri stennew żviluppi mill-banek ċentrali. Il-banek ċentrali globali naqqsu r-rati tal-interessi biex jiġġieldu l-kriżi bid-deheb jiżdied 27% hekk kif rati tal-interessi aktar baxxi inaqqsu l-kost tal-opportunità li żżomm id-deheb.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar