Barranin
L-isterlina titbaxxa fost tħassib li l-Irlanda ta’ Fuq se tirtira mill-ftehim ta’ Brexit

Muniti

Id-dollaru llum kellu sessjoni mħallta bejn żidiet u telf qabel laħaq l-ogħla rata tal-ġurnata hekk kif l-aħbarijiet dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu dominanti. L-isterlina tilfet minħabba tħassib li l-Irlanda ta’ Fuq ser tirtira mill-ftehim dwar il-Brexit milħuq fi tmiem il-ġimgħa.

Indiċi

L-ishma ma rnexxilhomx iżidu mal-ikbar żieda f’aktar minn ġimagħtejn, hekk kif żdiedu t-tensjonijiet maċ-Ċina, bl-investituri jistudjaw kummenti minn uffiċjal tal-Federal Reserve. L-akbar ċaqliq negattiv kien fl-indiċi tal-Ingilterra, tal-Istati Uniti u dawk Ewropej waqt li l-indiċi tal-Ġappun għalaq b’żieda ta’ 1.00%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta naqas b’0.3%.

Shares

Kien hemm negozju attiv fl-ishma lokali fil-Borża ta’ Malta; madankollu l-parti l-kbira kienu negozjati mingħajr ċaqliq fil-prezz. Il-PG tilfu 0.73% waqt li l-Bank of Valletta tilfu kważi 2.00%.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu b’mod ġenerali negattivi bil-Global Capital 2021 biss juru żieda ta’ 1.52%. Bonds oħrajn tilfu bejn nofs punt perċentwali u 1%. L-AX Investments tilfu l-aktar waqt li Gasan Enterprises tilfu 0.91%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt issoda wara l-ikbar żieda fi kważi xahrejn, hekk kif il-fokus intefa’ fuq jekk l-OPEC u sħabha humiex ser inaqqsu l-provvista biex jikkontrollaw is-surplus li qed jidher li ser iseħħ. Il-prezz bil-quddiem f’Londra għal Brent żdied b’59 cent għal $61.07 wara ż-żieda ta’ $1.68 ilbierah. Sadattant il-ħażniet taż-żejt mhux maħdum Amerikan probabilment tbaxxew b’miljun barmil il-ġimgħa li għaddiet wara disa’ ġimgħat konsekuttivi ta’ żidiet.

Il-prezz tad-deheb żdied hekk kif huwa kompla jkun negozjat bejn l-$1,220 u l-$1,230 kull uqija. Waqt li l-prezzijiet jinsabu staġnati l-investiment fid-deheb qed jikber bl-investiment fid-deheb minn funds jiżdied għas-sitt ijiem fi kważi erba’ xhur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar