Barranin
L-Isterlina titbaxxa għall-inqas rata fi 3 xhur bl-inċertezza dwar il-futur tal-Prim Ministru May

Muniti

L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa d-dieħla.

Il-munita unika żdiedet sa 0.1% għal $1.1209 u sa 0.2% sakemm tbaxxiet għal $1.1187 bil-possibiltà ta’ aktar tnaqqis.

L-Isterlina kompliet titbaxxa għall-inqas rata fi tliet xhur hekk kif għadu inċert il-futur tal-Prim Ministru Theresa May u l-ftehim tagħha dwar Brexit u dan ġedded il-biża’ ta’ tluq diżordinat mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma Ewropej issaħħew u rkupraw mill-inqas prezzijiet għal sitt ġimgħat, hekk kif l-investituri ttamaw li l-Istati Uniti u ċ-Ċina xorta ser ikunu kapaċi jirrisolvu t-tilwima kummerċjali ta’ bejniethom, anke jekk daħlet fis-seħħ iż-żieda fit-tariffi kontra prodotti Ċiniżi.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla mgħejuna minn rapporti finanzjarji tajbin minnn Cisco u Walmart, għalkemm l-mossa tal-amministrazzjoni Trump li tpoġġi fi blacklist lill-kumpanija Ċiniża Huawei żammet taħt pressjoni lill-kumpaniji li jimmanifatura ċ-chips elettroniċi.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum għat-tielet jum wara l-ieħor hekk kif il-biża’ dwar tfixkil fil-provvisti, fost tensjoni li qed tikber fil-Lvant Nofsani, kienet ikbar mill-effett ta’ żieda fl-inventarji taż-żejt fl-Istati Uniti.

Il-prezz taż-żejt kien qed ikun sostnut mir-riskji ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani, b’ħelikopters Amerikani jġorru impjegati mill-ambaxxata Amerikana f’Bagdad minħabba tħassib apparenti dwar theddid maħsub mill-Iran.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa taħt pressjoni minn bejgħ tekniku wara li ma rnexxielux jaqbeż l-$1,300 din il-ġimgħa u hekk kif d-dollaru ssaħħaħ minħabba statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar