Barranin, Lokali
L-isterlina titbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra d-dollaru

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru rkupra xi ftit wara tnaqqis xprunat politikament kontra l-ewro u l-yen, mgħejjun minn inċertezza dwar liema messaġġ ser jibgħatu fil-jiem li ġejjin id-diretturi tal-Federal Reserve. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’xahrejn kontra d-dollaru hekk kif in-nuqqas ta’ statistika monetarja maġġuri inkorraġġixxa lill-investituri biex ibiegħu lill-isterlina.

Indiċijiet

L-istokks żdiedu minħabba li l-ansjetà dwar id-dejn naqset u l-investituri dawru l-attenzjoni għal-laqgħa tal-banek ċentrali.

Ishma Lokali

Is-sessjoni tal-ishma kienet ġeneralment negattiva. Il-Malta International Airport, il-Bank of Valletta, u l-PG tilfu 0.12%, 0.47% u 0.71% rispettivament.

Bonds lokali

Is-suq tal-bonds lokali kien imħallat bil-Mediterranean Bank 2019/24 u l-Island Hotels Group Holdings 2024 żdiedu bi 3.00% u 2.35% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-għadd ta’ persuni li applikaw għall-għajnuna dwar il-qgħad fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet żdied inqas milli kien mistenni. Skont id-Dipartiment tax-Xogħol l-għadd żdied b’2,000 għal 234,000. L-analisti kienu qed jistennew li iċ-ċifra titla għal 238,000. L-istatistika għall-ġimgħa ta’ qabel ma ġietx riveduta.

Il-medja għal erba’ ġimgħat kienet 237,000; 2,750 inqas mill-ġimgħa ta’ qabel. Din il-medja titqies bħala kejl aktar eżatt tax-xejriet tal-impjiegi għax tnaqqas il-volatilità fl-istatistika minn ġimgħa għal ġimgħa. Talbiet kontinwi tal-qgħad kienu 1.954 miljun minn 1.954 miljun fil-ġimgħa ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt naqsu u tilfu ftit miż-żieda riċenti hekk kif issaħħaħ id-dollaru qabel il-laqgħa tal-banek ċentrali li tista’ tagħti sinjali ta’ bidla fil-politika monetarja. Il-prezz tad-deheb naqas, taħt pressjoni minn dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri qed jistennew sinjali dwar ir-rati tal-interessi mill-laqgħa tal-banek ċentrali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa, bin-negozjanti mbezza’ li jgħollu l-prezz qabel ma jagħlaq xi xiri jew bejgħ kbir din il-ġimgħa. Barra minn dan, Ewald Nowotny mill-Bank Ċentrali Ewropew qal li d-dgħufija tal-Ewro…

Barranin

L-Ewro, baqa’ taħt pressjoni minħabba tilwima fil-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż u stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm l-istess rati ta’ interessi sa sewwa l-2019. L-alleati Bavarjani tal-Kanċellier Merkel jistgħu jisfidawha…

Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Aktar