Barranin
L-Isterlina titbaxxa wara ċans li t-taħditiet dwar il-Brexit jintemmu bla ftehim

Muniti

Id-dollaru ddgħajjef kontra l-muniti kollha għax it-tħassib li qed jikber dwar it-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri li jikkonvinċu ruħhom aktar li l-Istati Uniti ser tbaxxi r-rata tal-interessi aktar tard din is-sena.

L-Isterlina tbaxxiet ukoll wara sinjali li t-taħditiet bejn il-Gvern u l-oppożizzjoni Laburista biex jilħqu ftehim dwar il-Brexit dalwaqt jintemmu bla ftehim.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu llum għat-tielet jum minħabba li qed jikber it-tħassib dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm rapporti pożittivi minn kumpaniji bħal Wirecard u Siemens għenu lill-ishma Ġermaniżi li jissaħħu. L-iSTOXX 50 wera żieda ta’ 0.2%.

Fl-Istati Uniti, l-ishma fetħu aktar baxxi għat-tielet jum infila minħabba n-negozjati bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u t-tħassib dwarhom.

Id-Dow Jones tilef 0.12% mal-ftuħ imbagħad irkupra biex kien qed jinnegozja b’żieda ta’ 0.05%.

L-S & P 500 tilef 0.15% waqt li n-Nasdaq tbaxxa b’0.22%.

Iż-żejt Brent illum waqa’ taħt is-$70, milqut mit-tħassib dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina għalkemm tħassib persistenti dwar il-provvista evita tnaqqis akbar.

Is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran u l-Veneżwela, kif ukoll tnaqqis fil-provvista mill-OPEC, mir-Russja u mill-alleati tagħhom, sostnew il-prezzijiet fil-ġimgħat riċenti.

Il-Brent tilef 0.3% għal $69.70 iżda irkupra għal $69.88. Il-United States West Texas Intermediate tilef 0.2% għal $61.25 biex irkupra 0.24% għal $61.53.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar