Barranin
L-isterlina titbaxxa wara dak li qal Corbyn fuq il-vot ta’ Brexit

Muniti

L-isterlina tbaxxiet illum wara li l-kelliem għall-finanzi tal-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni kien ikkwotat li qal li huma ftit il-membri parlamentari li ser jappoġġjaw il-pjan tal-Prim Ministru dwar il-Brexit, u ftit hemm sinjali ta’ progress fit-taħditiet li qed isiru fi Brussells.

Il-munita Ingliża tilfet din il-ġimgħa wara ż-żieda tal-ġimgħa li għaddiet, hekk kif l-investituri biegħuha biex kisbu profitt u għax qed jitħassbu dwar ix-xorta ta’ ftehim tat-tluq li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea ser ikollhom u meta. L-isterlina tilfet 0.6% mad-dollaru għal $1.3097 u tilfet nofs perċentwal kontra l-ewro.

Id-dollaru Amerikan żdied xi ftit illum, u żied maż-żieda tal-bieraħ hekk kif l-investituri fil-munita għalqu għajnejhom fuq l-ishma globali li qed jirtiraw wara bidu qawwi tal-ġimgħa.

Indiċi

L-ishma Ewropej kienu ogħla llum hekk kif l-investituri xtraw l-ishma tal-kumpaniji tal-konsumatur u ishma oħra kkunsidrati siguri matul inkwiet ekonomiku wara li ċ1-Ċina wiegħdet aktar stimulu biex tistabilizza t-tkabbir fil-pajjiż.

L-ISTOKK 50 żdied 0.4% u irkupra mill-pressjoni tal-bidu biex kompla tliet ijiem ta’ rkupru li ra lill-indiċi jilħaq l-ogħla livell f’ħames xhur jum aktar kmieni fost tamiet ta’ ftehim ebjn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.

Wall Street kien msitenni jiftaħ ftit ogħla jum wara li d-Dow Jones u l-S&P 500 kellhom l-akbar waqgħa fi kważi xahar, hekk kif l-investituri stennew żvilupp fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ishma u Bonds Lokali

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali negattivi illum b’bosta ishma jitilfu aktar minn 2%. L-ikbar tnaqqis kien ta’ 7.38% fil-Lombard Bank.

Il-prezzijiet tal-bonds lokali llum kienu mħallta bid-Dizz Finance 2026 jiżdiedu bi 3.20% segwiti mill-Bank of Valletta 2020 b’1.90%. Min-naħa l-oħra, il-MIDI 2026 tilfu 1.88%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt għola għal madwar $66 il-barmil hekk kif is-suq ibbilanċja t-tnaqqis mmexxi mill-OPEC bil-ftuħ mill-ġdid tal-akbar raffinerija fil-Libja u bil-prospetti ta’ domanda anqas.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Barranin

L-ewro tilef kontra d-Dollaru Amerikan wara erbat ijiem infila ta’ żidiet. Il-munita tilfet 0.02% għal $1.1300. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet b’0.4% fi Frar wara tnaqqis ta’0.5% xahar qabel. Fl-Istati…

Aktar