Barranin
L-isterlina tiżdied b’aktar minn 2% bit-tħabbir ta’ elezzjoni bikrija fl-Ingilterra

Muniti

L-ewro baqa’ qrib l-ogħla rata f’xahar qabel l-elezzjoni fi Franza u jidher li ser ikollu l-aħjar ġimgħa fi tliet xhur. Fil-livell ta’ $1.073, l-ewro żdied għal dan il-livell anki jekk l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juru riżultat inċert bejn l-erba’ kandidati tal-elezzjoni presidenzjali Franċiża.

L-isterlina żdiedet b’aktar minn 2% din il-ġimgħa hekk kif Theresa May sejħet bla mistenni elezzjoni ġenerali għal Ġunju. L-indiċi tad-dollaru tbaxxa għat-tieni ġimgħa wara li l-President Trump qal dan ix-xahar li l-munita qed issir aktar b’saħħitha.

Indiċi

L-indiċi f’mod ġenerali kellhom ġimgħa negattiva bil-FTSE 100 jitlef 3% u bil-bqija tal-Ewropa jsegwu bi grad anqas. It-telf fl-indiċi Ingliżi kienu anqas meta jkun kkunsidrat li l-moviment tal-istertlina ikkumpensa għal xi ftit mit-telf, osservazzjoni tajba għall-investituri barranin.

L-indiċijeit ewlenin l-S&P 500 u n-NASDAQ kienu pożittivi din il-ġimgħa kif kien ukoll l-indiċi Ġappuniż. Il-bqija tilfu, bl-uniku eċċezzjoni fl-Ewropa ikun dak Spanja.

Kommoditajiet

Bit-tensjonijiet ġeo-politiċi jitwarrbu xi ftit, is-sentiment tal-investituri għar-riskju tjieb, u l-ishma dehru li qed inaqqsu d-domanda għal assi tradizzjonali bħad-deheb. Id-deheb tilef 0.4% din il-ġimgħa. Il-fidda għaddiet mill-agħar ġimgħa u tilfet 3%.

Il-prezz taż-żejt riesaq lejn l-akbar telf f’ġimgħa minn kmieni f’Marzu minkejja sinjali li l-OPEC aktarx ikomplu bil-ftehjm tat-tnaqqis miż-żejt. It-tort qed jingħata lill-produzzjoni li qed tiżdied fl-Istati Uniti waqt li oħrajn jattribwixxu dan għal-livelli tekniċi. 

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla ser tkun ġimgħa mimlija attività f’termini ta’ ħruġ ta’ data ekonomika. Il-Bank Ċentrali Ewropew u r-Riksbank ser iħabbru l-politika tagħhom dwar ir-rati tal-interessi. Id-data dwar l-inflazzjoni toħroġ mill-Awstralja u l-Ġappun, fejn fl-Awstralja din mistennija titla’ minn 1.5% għal 2.2%. Il-pajjiżi Nordiċi mistennija jippubblika r-rati tal-qgħad tagħhom fejn l-Iżvezja għandha livell ta’ 7.4% u l-Norveġja rata aktar baxxa ta’ 2.9%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar