Lokali
L-Isterlina tkompli bit-telf bl-iżbilanċ kummerċjali u l-bejgħ tal-imnut batut

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro żdied bi kważi ċenteżmu kontra d-Dollaru wara li l-Bank Ċentrali Ewropew qal li jista’ jerġa’ jistudja mill-ġdid il-mod ta’ komunikazzjoni tiegħu kmieni fl-2018, u dan kabbar it-tamiet li d-diretturi qed ilestu sabiex inaqqsu l-programm vast ta’ stimulu monetarju. L-Ewro għamel żidiet simili kontra d-Dollaru Kanadiż u l-Yen.

L-Isterlina kompliet bit-telf tal-jumejn ta’ qabel għax settur tal-bejgħ bl-imnut li qed ibati u żbilanċ kummerċjali li qed jikber kabbru t-tħassib fost uħud mill-investituri li ż-żidiet ta’ dan l-aħħar fil-munita seta’ ma kienx hemm bżonnhom.

Indiċijiet

Id-dħul mill-bonds żdied illum wara li minuti tal-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew urew li t-tmexxija taħseb li għandha tqis mill-ġdid il-politika ta’ komunikazzjoni tagħha kmieni din is-sena u taġġustaha b’tali mod biex tirrifletti l-prospetti għal titjib fit-tkabbir. Bidla fil-messaġġ tal-politika tal-Bank jista’ jittieħed mill-investituri bħala sinjali li d-diretturi huma lesti li jagħlqu l-programm ta’ xiri ta’ 2.55 triljun ewro f’bonds, il-fattur prinċipali tal-politika ta’ stimulu fl-aħħar tliet snin.

Il-parti l-kbira tal-indiċijiet Ewropej tilfu ż-żidiet wara l-ħruġ tal-minuti, u d-DAX kien qed jinnegozja 0.6% inqas mill-ftuħ tan-negozju. Id-Dow Jones min-naħa l-oħra ma ntlaqatx bl-aħbar mill-Banik Ċentrali Ewropew u kkonċentra aktar fuq id-dħul mill-kumpaniji Amerikani. Id-Dow Jones fetaħ 0.24% ogħla.

L-indiċi lokali kien xi ftit ogħla mis-sessjoni ta’ qabel.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien xi ftit ibbilanċjat, kemm bejn il-kumpaniji kif ukoll id-daqs relattiv tal-perċentwali taż-żieda jew tnaqqis. Il-Malita Investments plc żdiedet b’1.23%. Il-Malta International Airport u l-Bank of Valletta rreġistraw żidiet. L-RS2 Software tilfu 1.32% bl-HSBC, il-GO u l-Malta Properties Company bi tnaqqis inqas.

Bonds Lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Corinthia Finance kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 2.2%. Stivala Group żdiedu 0.49%. Ċaqliq simili iżda f’territorju negattiv laqat lill-International Hotel Investments 2026. Finalment kien hemm tnaqqis ta’ 0.96% fil-prezz tal-Eden Finance.

Indiċi Ekonomiċi

Id-Dollaru Awstraljan laħaq l-ogħla livell fi tliet xhur illum wara statistika tajba sorprendenti dwar il-bejgħ bl-imnut li tat saħħa lill-prospetti dwar in-nefqa mill-konsumatur u t-tkabbir ekonomiku waqt li kabbret iċ-ċansijiet ta’ żieda fir-rati tal-interessi din is-sena. L-irkupru wasal hekk kif l-istatistika uffiċjali wriet li l-bejgħ bl-imnut żdied 1.2% matul Novembru, tliet darbiet it-tbassir tas-suq u l-ikbar żieda minn kmieni fl-2013.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew mill-ogħla livelli milħuqa kmieni fil-ġurnata għax kibru t-twissijiet li l-irkupru 13 % minn kmieni Diċembru wasal biex jintemm.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew qrib l-ogħla f’erba’ xhur wara l-ħruġ tal-minuti tal-Bank Ċentrali Ewropew tellgħu lill-Ewro sewwa kontra d-Dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tela’ għall-ogħla livell f’disat ijiem minħabba żieda fl-ishma u t-tħassib li l-pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti ser jiżdiedu, għalkemm it-tħassib dwar żieda fil-kunflitt kummerċjali illimita ż-żidiet. L-ewro ma…

Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Aktar