Barranin
L-Isterlina tkompli tiżdied kontra d-Dollaru

Ir-rata bejn l-Ewro u d-Dollaru $1.2476 tbaxxiet għal $1.2347 wara li uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew tennew il-ħtieġa li wieħed irid ikun paċenjuż qabel jitneħħa l-istimulu monetarju waqt li ċifri dwar il-fiduċja fiż-żona tal-Ewro ma laħqux l-istima.

Riesaq it-tmiem tal-ewwel kwart tas-sena b’din il-ġimgħa imqassra b’nhar il-Ġimgħa btala bankarja f’ħafna ekonomiji minħabba l-Ġimgħa l-Kbira. Hekk kif qed nersqu lejn tmiem ta’ tliet xhur, qed tidher pressjoni fuq l-ishma fl-Istati Uniti u d-Dollaru Amerikan qed juri mossa relatata ma’ tmiem il-kwart tas-sena.

L-Isterlina qed tiżdied kontra d-Dollaru u riesqa lejn l-ogħla livell. Hemm ukoll appoġġ fundamentali għall-Isterlina wara rapport li huwa imminenti ftehim dwar soluzzjoni għall-fruntiera Irlandiża ta’ wara Brexit.

Wall Street illum tħabtet għal direzzjoni hekk kif l-investituri ma tantx taw kas ta’ statistika li turi li l-ekonomija kibret aktar milli kien mistenni fit-tielet kwart tal-2017.

L-S&P 500 tilef seba’ punti jew 0.29%  kmieni wara nofsinhar waqt li d-Dow Jones tilef 20 punt jew 0.07%. IN-NASDAQ li jirrifletti ishma tat-teknoloġija tilef 73 punt jew 1.05%.

L-ekonomija Amerikana kibret b’pass aktar mgħaġġel milli kien inzjalment maħsub. Il-Prodott Domestiku Gross żdied bi 2.9%, minn 2.5% li kien stmat mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

L-American Petroleum Institute rrapporta żieda sorprendenti ta’ 5.321 miljun barmil ta’ żejt mhux raffinat fl-inventarji Amerikani għal ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Marzu, bis-suq mistenni jwieġeb bit-telf ta’ żidiet tal-ġimgħa li għaddiet. L-analisti ftit stennew wara li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm tnaqqis sorprendenti. L-Istitut qal ukoll li kien hemm ukoll żieda f’Cushing, iżda kemm il-petrol u fjuwil fossili kellhom tnaqqis kbir.

Il-prezzijiet tad-deheb jistgħu jilħqu l-$1,500 kull uqija din is-sena, livell li ilu ma jintlaħaq mill-2013. Dan ikun żieda ta’ 11% mill-prezz tal-lum hekk kif il-prezzijiet futuri għal April laħqu l-$1,345 kull uqija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru niżel mill-ogħla livell f’din l-aħħar sena wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump esprima tħassib dwar munita b’saħħitha għaliex qal li din tqiegħed lill-Istati Uniti fi żvantaġġ. Il-munita unika…

Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Aktar