Barranin
L-Isterlina tmur għall-agħar hekk kif ikompli d-diżgwid dwar Brexit

Muniti

L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu iebes fiċ-ċaħda tagħhom tal-ftehim tal-Prim Ministru May.

Wara li kienet negozjata f’firxa baxxa fin-negozju kmieni f’Londra, id-dgħufija tal-munita eskalat u waqgħet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru għal $1.3105.

May talbet lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk sabiex Brexit ikun pospost sat-30 ta’ Ġunju u qalet li hija kienet qed tipprepara għat-tielet vot fil-Parlamwent dwar il-ftehim li hija kisbet mal-Unjoni Ewropea.

Waqt li l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel qalet li kienet lesta li tappoġġa estensjoni qasira, l-investituri qed ikun aktar imħassba li jekk il-ftehim jerġa’ ma jgħaddix mill-parlament, hemm għadd ta’ possibiltajiet, li l-ebda waħda minnhom mhija pożittiva għall-Isterlina għal terminu qasir.

Indiċi

Is-swieq tal-ishma fl-Ewropa tbaxxew illum minħabba li l-biża’ dwar it-tkabbir ekonomiku u l-messaġġ li ngħata mill-Federal Reserve għelbu xi żieda li seta’ kien hemm mid-deċiżjoni tal-bank ċentrali Amerikan li jabbanduna aktar żidiet fl-interessi din is-sena.

L-iSTOXX 600 tilef 0.1%, wara tnaqqis f’Dublin, Madrid u Frankfurt li kkuntrastaw mar-reazzjoni qawwija fis-swieq Asjatiċi għall-istqarrija tal-Federal Reserve.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 5.15% u kien hemm tnaqqis ta’ 1.41% fl-ishma tal-RS2 Software. Il-Malta Properties Company avvanzaw b’4.92% waqt li l-FIMBank żdiedu b’1.45%.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni ta-bonds, l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’5% waqt li l-agħar li marru kienu il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’telf ta’ 1.47%.

Il-prezz taż-żejt illum tbaxxa iżda żamm qrib l-ogħla prezz tal-2019, sostnut mit-tnaqqis fil-ħażniet globali, it-tnaqqis mill-OPEC u s-sanzjonijiet mill-Istati Uniti kontra l-produtturi ewlenin, l-Iran u l-Venżwela.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar