Barranin
L-isterlina u l-ewro taħt pressjoni bit-tisħiħ tad-dollaru

Muniti

L-ewro telgħet ‘il fuq minn $1.19 għax is-swieq evalwaw mill-ġdid id-data dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti, li marġinalment ma qablitx mal-istimi.

L-isterlina qed tkun negozjata taħt id-$1.3750 wara li l-Prodott Dometiku Gross tar-Renju Unit għal Frar tbaxxa b’0.4% minkejja l-kampanja ta’ suċċess fit-tilqim kontra l-Covid. Il-par kien taħt pressjoni hekk kif id-dollaru ssaħħaħ flimkien mad-dħul mill-bonds.

Indiċi

L-indiċijiet ta’ Wall Street illum fetħu mħallta fost prestazzjoni varja tas-setturi prinċipali. Id-Dow Jones kien qed jitlef 0.35% l-S&P 500 virtwalment ma kellu ebda movement waqt li n-Nasdaq kien qed jiżdied b’0.75%. Movimenti f’indiċijiet oħra kienu baxxi u f’xi każi negliġibli bil-FTSE jitlef marġinalment u oħra jiżdiedu bi ftit. L-indiċi lokalment kien f’territorju pożittiv b’żieda minima.

Ishma

L-ishma lokali kienu bilanċjat bi tnejn jiżdiedu, tnejn bla movement u tnejn oħra jitilfu. Il-Bank of Valletta u l-BMIT Technologies żdiedu madwar 1% waqt li l-Harvest Technology u l-Lifestar wrew telf medju ta’0.7%. Il-PG u l-RS2 Software kienu negozjati bla movement fil-prezz.

Il-bonds lokali kienu aktart negattivi llum. Smartcare u Premier Capital u Together Gaming Solutions kienu pożittivi bin-1923 Investments, l-International Hotel Investments, Hili u l-Bank of Valletta kienu negozjati f’territorju negattiv. Il-bidla perċentwali negattiva kienet akbar mill-bidla pożittiva.

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat żdiedu kmieni fis-sessjoni Ewropea u fetħu qrib id-$59.60 u fl-aħħar urew żieda ta’ 0.84% għal $60.22. Id-deheb kompla jestendi t-telf għat-tieni sessjoni infila fis-sessjoni Ewropea iżda żdied waranofsinhar għal madwar $1,750. Analisti tekniċi kkumentaw li saret il-korrezzjoni ‘l isfel fil-fidda u qed jistennew mewġa ‘l fuq.