Barranin
L-Isterlina żżomm ‘il fuq u tibbilanċja l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika tar-Renju Unit

Muniti

L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.30 u żammet maż-żidiet riċenti minħabba d-djufija tad-dollaru, li ibbilanċjaw sewwa l-impatt ta’ tnaqqis rekord fil-produzzjoni ekonomika fir-Renju Unit.  L-Isterlina kompliet timxi ‘il quddiem minn ewro aktar b’saħħtu u tnaqqis fid-dollaru wara li żamm sod fin-negozju ta’ filgħodu fl-Ewropa.

Id-dollaru tbaxxa hekk kif il-ġlied politiku dwar il-pakkett ta’ stimulu fl-Istati Uniti waqqaf l-irkupru riċenti.  Investituri qed jistennew sinjali li ser jingħeleb in-nuqqas ta’ ftehim dwar il-pakkett.

L-ewro żdied kontra l-muniti ewlenin bl-eċċezzjoni tal-Frank Żvizzeru. Kellu l-akbar żieda kontra l-yen u l-isterlina.

Indiċi

Wall Street fetaħ ogħla bl-S & P 500 riesaq lejn livell rekord għoli hekk kif tnaqqis qawwi fil-ħażniet taż-żejt Amerikani wassal għal żieda fil-prezzijiet, waqt li l-investituri baqgħu fuq ix-xwiek minħabba n—nuqqas ta’ ftehim dwar i-pakkett finanzjarju.

L-ishma tat-telekomunikazzjoni xprunaw il-boroż Ewropej wara offerta ta’ biljun dollaru biex tinxtara Sunrise Communications tal-Iżvizzera, waqt li l-FTSE 100 żdied minħabba tamiet qawwija ta’ aktar stimulu wara l-waqa’ fil-produzzjoni fl-aħħar tliet xhur.

Is-swieq globalment irkupraw din il-ġimgħa minħabba statistika li qed titjieb miċ-Ċina u mill-Ewropa, sinjali ta’ progress fl-iżvilupp ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 u pakkett ġdid ta’ stimulu Amerikan. L-indiċi lokali mexa kontra x-xejra bi tnaqqis ta’ 0.382%.

Shares

L-ishma ta’ Global Capital komplew iżidu maż-żieda tal-bieraħ b’żieda qawwija oħra ta’ 5%. Il-BMIT Technologies żdiedu 0.42%.  F’territorju negattiv Il-Bank of Valletta, il-Malta Properties Co u l-HSBC tilfu bejn 0.6% u 1.2% waqt li GO sofrew l-aktar telf ta’ 2.38%.

Bonds

In-negozju fil-bonds lokali kien aktar imxaqleb lejn il-pożittiv. Il-MIDI u l-Merkanti Holdings fuq quddiem b’żieda ta’ 1.5% u 0.99% rispettivament. L-International Hotel Investments tilfu 0.5%.  Il-Corinthia Finance 2026 tilfu ftit anqas minn 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew wara li rapport dwar l-industrija wera li l-ħażniet fl-Istati Uniti waqgħu matul il-ġimgħa li għaddiet ferm aktar milli ħasbu l-analisti, u dan qajjem tamiet li d-domanda għal fjuwil fl-Istati Uniti tista’ tegħleb  il-pandemija. Id-domanda irtiraw kważi 40% aktar mit-tbassir.

Id-deheb u l-fidda kienu pożittivi bid-deheb jiżdied 1% u l-fidda 3.41%.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar