Barranin, Lokali
L-istokks Ewropej jiżdiedu b’rata qawwija minħabba l-waqgħa tad-dollaru Amerikan

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru Amerikan niżel kontra l-yen u baqa’ fl-aktar livelli baxxi f’dawn l-aħħar 14-il xahar kontra l-ewro qabel mal-President tal-Federal Reserve Janet Yellen tidher fil-Kungress Amerikan biex tagħti xhieda dwar il-politika monetarja.

Informazzjoni ftit aħjar minn dak maħsub dwar il-pagi u l-impjiegi żammet lill-isterlina milli tkompli tinżel aktar ‘l isfel u dan wassal biex jibdew għadd ta’ sinjali ta’ twissija politiċi u ekonomiċi hekk kif ikomplu t-taħditiet dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-istokks fl-Istati Uniti telgħu mat-Teżor wara li Janet Yellen tat x’wieħed jifhem li l-Federal Reserve mhux se tgħaġġel biex tissikka l-politika monetarja hekk kif l-inflazzjoni baqgħet taħt il-mira b’mod persistenti.

L-istokks Ewropej telgħu b’mod qawwi anke minħabba l-waqgħa tad-dollaru Amerikan u sensiela ta’ tranżazzjonijiet fil-bonds tal-Gvern marbuta mal-aħħar rivelazzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar indħil Russu li seta’ kien hemm fl-elezzjonijiet Presidenzjali.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien fil-biċċa l-kbira negattiv: GO telgħu b’0.58%; iżda Malta International Airport, RS2 Software, HSBC Bank Malta, Bank of Valletta u Malita Investments ilkoll niżlu.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali llum kien imħallat: Medserv, International Hotel Investments, SD Finance u Halmann Vella Group telgħu b’0.55%, 0.45%, 0.16% u 0.01% rispettivament. Filwaqt li Dizz Finance, GlobalCapital u Pendergardens Developments niżlu b’0.05%, 0.45% u 1.36% rispettivament.

Indikaturi ekonomiċi

L-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika, il-Eurostat, qal li l-produzzjoni industrijali fid-19-il pajjiż li jużaw il-munita ewro, telgħet iktar milli mistenni f’Mejju megħjuna minn żieda fil-produzzjoni ta’ oġġetti kapitali u oġġetti għall-konsum fit-tul. Meta mqabbel max-xahar ta’ qabel, il-produzzjoni industrijali fiż-żona ewro żdiede b’1.3% għal żieda annwali ta’ 4.0%. Dan kien iktar minn stħarriġ ta’ Reuters fost 42 ekonomista li kienu qed jistennew żied ta’ 1.1 u 3.6%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt tela’ aktar minn $48 kull barmil bi tweġiba għal waqgħa fl-inventarji Amerikani taż-żejt u tnaqqis fit-tbassir tal-gvern Amerikan għall-produzzjoni taż-żejt minkejja li l-OPEC qal li s-suq taż-żejt se jara produzzjoni żejda s-sena d-dieħla.

Id-deheb żamm sod hekk kif l-investituri qed jistennew ix-xhieda tal-President tal-Federal Reserve Janet Yellen u uffiċjali tal-bank ċentrali kienu kawti dwar żieda ulterjuri fir-rati tal-imgħax.

TVM Daily Table (6)

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Barranin

Group: Revenue up 6% to AED 49.4 billion (US$ 13.5 billion), and profit of AED 2.3 billion (US$ 631 million), up 77%. Results due to capacity optimisation and efficiency initiatives,…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina…

Aktar