L-istokks fl-Istati Uniti jiftħu ogħla llum

L-ewro tilef 0.25% kontra d-Dollaru Amerikan tard nhar il-Ġimgħa, iżda xorta baqa’ qrib l-inqas rata f’disa’ xhur ta’ 1.3332 dollari ffissata fit-8 ta’ Awwissu. L-ewro baqa’ sod kontra l-Yen.

Band’oħra, l-ewro tbaxxa kontra l-Isterlina wara li l-Gvernatur tal-Bank of England, Mark Carney qal matul tmiem il-ġimgħa li r-rati tal-interessi jistgħu jogħlew qabel ma t-tkabbir fil-paġi jaqbad art.  L-ewro tilef 0.51% mal-Isterlina nhar il-Ġimgħa.

Indiċi

L-istokks fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum hekk kif it-theddia ta’ eskalazzjoni fl-Ukrajna tidher li qed tonqos u l-aħħar ħidma ta’ amalgamazzjonijiet sostniet lill-ishma. L-ishma fl-Asja kienu mħallta bin-Nikkei iżid 0.03%. L-ishma fl-Ewropa fetħu qawwija, hekk kif tamiet ta’aktar miżuri mill-Bank Ċentrali Ewropew kabbru d-domanda għal ishma Ewropej. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.10%.

Ishma Lokali

B’70,000 sehem biss negozjati, is-sessjoni tal-lum kienet aktarx kwiet. L-ishma tal-Bank of Valletta telgħu għal €2.121 waqt li l-ishma tal-HSBC Bank Malta żiedu l-prezz b’0.51%. Il-Medserv għalqu f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’ 1.92%.

Munita Prezz Bidla % Direzzjoni
USD 1.3365 -0.25
GBP 0.7990 -0.51
AUD 1.4340 -0.22
CAD 1.4556 -0.29
JPY 137.06 -0.04
Indici Prezz Bidla % Direzzjoni
Dow Jones Ind Average 16792.710 0.78
Nasdaq 4497.889 0.74
Nikkei 225 15322.600 0.03
DAX 9217.410 1.37
CAC 40 4221.060 1.12
FTSE 100 6733.370 0.66
MSE SHARE INDEX 3310.904 0.10
Sehem Prezz Bidla % Direzzjoni
HSBC Bank Malta 1.960 0.51
Bank of Valletta 2.121 0.05
GO 2.380 0.00
RS2 Software 2.600 0.00
Medserv 1.275 -1.92
Bonds Prezz Bidla % Direzzjoni
4.6% HSBC Bank Malta 2017 103.750 0.23
6.25% Int. Hotel Invest. 2015-2019 102.510 0.00

 

Fis-settur tal-bonds lokali, l-uniku ċaqliq kien fil-bond HSBC Bank Malta 2017 li żied 0.23%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum qabeż l-ogħla livell fi 11-il ġimgħa biex riesaq lejn sebat ijiem ta’ żieda, u d-dollaru tilef kontra l-partit l-kbira tal-muniti hekk kif il-prospetti ta’ aktar stimulu u…

Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Aktar