Barranin
L-istokks u bonds Taljani taħt pressjoni bil-prospetti ġodda taċ-Cinque Stelle

Statistika dgħajfa aktar milli mistennija mill-Ġermanja laqtet ħażin lill-Ewro kontra d-Dollaru, bl-investituri jitfgħu flushom fid-dollaru għax huma kienu jemmnu li l-Bank Ċentrali Ewropew kien qrib li jibda jnaqqas l-istimolu monetarju tiegħu.

Il-bejgħ bl-imnut fil-Ġermanja tbaxxa bla mistenni matul Marzu, u tappan is-sentiment tajjeb li kien hemm min-naħa tal-konsumatur fl-akbar ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-istatistika reġjonali minn erba’ stati fil-Ġermanja turi li l-inflazzjoni baqgħet stabbli matul April.

Analista rispettat qal li dan huwa skont l-aħħar sensiela ta’ statistika dgħajfa miż-żona tal-Ewro u realment turi l-fatt li l-Bank Ċentrali Ewropew jaffordja li jkun xi ftit paċenzjuż fir-retorika dwar il-politika tal-istimulu monetarju.

L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor wara li l-investituri ħallew il-munita Ingliża wara statistika dgħajfa dwar it-tkabbir ekonomiku u kummenti riċenti mill-Bank of England li wasslu lill-investituri sabiex inaqqsu t-tamiet li ser ikun hemm xi żieda fir-rati tal-interessi din is-sena.

L-Isterlina tbaxxiet b’0.3% llum u b’hekk tilfet 4.5% mill-ogħla rata wara r-referendum tal-Brexit li ntlaħqet fis-17 ta April.

Id-Dollaru Awstraljan u dak ta’ New Zealand tbaxxew hekk kif rati ogħla fl-Istati Uniti u rati baxxi domestiċi magħquda ma tħassib dwar it-tkabbir globali baxxew is-sentiment għar-riskju.

L-istokks u l-bonds Taljani kienu taħt pressjoni, u kibret id-differenza bejn l-bonds Taljani u dawk Ġermaniżi għall-akbar differenza fi kważi ġimagħtejn wara li l-Moviment Cinque Stelle qajjem il-prospetti ta’ elezzjonijiet ġodda. B’mod ġenerali s-swieq finanzjarji kienu pożittivi bl-aħjar li marru kienu d-Dow Jones u l-indiċi Malti.

Fil-Borża ta Malta, l-International Hotel Investments u l-Bank of Valletta kienu fuq quddiem illum, waqt li t-telliefa kienu l-Malta International Airport u l-Malta Properties Company li tilfu qrib iż-0.5% waqt li l-Plaza Centres tilfu 2%.

Is-suq tal-bonds lokali kien attiv ħafna llum b’xejra pożittiva. Il-GlobalCapital żdiedu bi 3% segwiti mill-International Hotel Investments b’żieda ta’ 1.4%. F’territorju negattiv kienu it-Tumas Investments bi tnaqqis ta’ 0.95%.

Il-hedge funds u managers oħra tal-flus naqqsu s-sentiment favur il-prezzijiet bil-quddiem għaż-żejt mhux maħdum hekk kif il-prezzijiet saru aktar volatili, b’reazzjoni għall-kummenti tal-President Trump dwar l-OPEC u s-sanzjonijiet kontra l-Iran.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa għall-inqas livell fi kważi sitt ġimgħat illum hekk kif issaħħaħ id-Dollaru u naqset it-tensjoni fil-peniżola Koreana li għenet sabiex jikber is-sentiment favur assi meqjuza bħala riskjużi bħal ma huma l-ishma.

Il-prezz tad-deheb tilef 1% l-ġimgħa li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Aktar