Barranin
L-itwal perjodu ta’ telf għall-Ewro hekk kif May ma tiksibx appoġġ għall-pjan Brexit

Muniti

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja tal-bank ċentrali li jibqgħu newtrali kmieni dan ix-xahar.

L-Isterlina tbaxxiet u riesqa lejn l-itwal perjodu ta’ telf kontra l-Ewro hekk kif il-Prim Ministru Theresa May ma rnexxielhiex tikseb appoġġ għal pjan tal-Brexit tagħha la mill-Oppożizzjoni Laburista u lanqas minn ħafna fil-partit tagħha.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew illum minħabba li t-tħassib dwar t-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jolqot lill-investituri, waqt li tnaqqis fl-Isterlina saħħaħ l-indiċi Ingliż tal-kumpaniji ewlenin.

Rapport li l-Istati Uniti qed tikkunsidra limiti fuq id-ditta ta’ sorveljanza bil-vidjow Ċiniża Hikvision żied mat-tensjonijiet bejn iż-żewġ naħat qabel il-laqgħa għolja tax-xahar id-dieħel.

L-ishma fl-Istati Uniti dehru li ser jitbaxxew mal-ftuħ tan-negozju hekk kif reġa’ beda t-tħassib dwar il-possibilità ta’ żieda fit-tilwima maċ-Ċina wara rapport li l-gvern Amerikan jista’ jimponi sanzjonijiet fuq kumpanija oħra Ċiniża.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum wara li statistika dwar l-industrija wriet żieda fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti u minħabba tħassib fuq id-domanda minħabba t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Madankollu analisti qalu li s-swieq taż-żejt ma għandhomx provvista żejda minħabba l-qtugħ fil-produzzjoni mill-OPEC u l-allejati bħar-Russja u hekk kif it-tensjoni politika fil-Lvant Nofsani qed tikber.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew qrib l-inqas prezz f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif issaħħaħ id-Dollaru, waqt li sinjali ta’ żieda fit-tensjoni bejn l–Istati Uniti u ċ-Ċina naqqsu s-sentiment ta’ riskju u llimitaw aktar tnaqqis.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Aktar