L-iżvilupp dwar Brexit jaffettwa tajjeb l-Isterlina

L-Isterlina kienet qed tiġi nnegozjata qrib l-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u kontra l-ewro wara li l-Prim Ministru Boris Johnson u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu dwar ftehim ġdid dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Il-yuan żamm sod kontra d-dollaru wara statistika wriet li l-ekonomija Ċiniża kibret bl-iktar pass baxx f’aktar minn 27 sena fit-tielet kwart ta’ din is-sena minħabba il-gwerra kummerċjali mal-Istati Uniti u produzzjoni industrijali dgħajfa.

L-Isterlina illum kienet tiswa $1.2853 qrib l-ogħla rata f’ħames xhur ta’ $1.2988 milħuqa lbieraħ. Kontra l-ewro l-isterlina kienet tiswa 86.58 pence qrib l-ogħla rata ta’ 85.77 pence.

L-Isterlina riesaq lejn żieda ta’ 1.6% kontra d-dollaru u 0.7% kontra l-ewro għal din il-ġimgħa. Il-Ministru tal-Finanzi Ingliż, Sajid Javid, qal li l-ftehim ġdid dwar Brexit għandu “ċans diċenti” li jkun approvat għada mill-Parlament Ingliż, iżda xi investituri huma fuq ix-xwiek għaliex id-dibattitu sa issa fuq Brexit kien maqsum u huwa diffiċli jitbassar ir-riżultat.

Anke jekk Johnson jirbaħ l-approvazzjoni tal-Parlament, ir-Renju Unit xorta ikun fi triqtu lejn rabtiet kummerċjali u ostakli għall-kummerċ mal-Unjoni Ewropea, li bosta ekonomisti jgħidu ser inaqqsu r-rata tat-tkabbir fir-Renju Unit.

L-istatistika tal-lum turi aktar tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija Ċiniża mit-tkabbir ta’ 6.2% fit-tieni kwart tas-sena, u dan qajjem aktar aspettattivi li ċ-Ċina trid iddaħħal aktar miżuri monetarji biex twaqqaf it-tnaqqis.

L-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja imponew tariffi fuq xulxin f’tilwima dwar il-politiki kummerċjali u industrijali taċ-Ċina li qed ifixklu sewwa fuq t-tkabbir ekonomiku globali. Tħassib dwar statistika dgħajfa żammew lid-dollaru aktar baxxa kontra muniti oħrajn.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum minħabba ansjetà għal domanda miċ-Ċina wara li dan l-akbar konsumatur taż-żejt kellu l-inqas tliet xhur ta’ tkabbir ekonomiku fi kważi 30 sena, imniżżel ‘l isfel mit-tilwima mal-Istati Uniti.

Il-Brent tilef 21 cents, jew 0.4% għal %59.70 kull barmil. Il-United States West Texas Intermediate tilef 4 cents, jew 0.12% għa; $53.89.
Il-prezzijiet tad-deheb żammew il fuq minn $1,490 kull uqija hekk kif statistika diżappuntanti miċ-Ċina rriforzat it-tħassib li t-tilwima kummerċjali mal-Istati Uniti beda jkollha effett ħażin fuq ekonomija globali, waqt li l-ftehim dwar Brexit jistennew l-approvazzjoni parlamentari.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro estenda ż-żidiet tiegħu llum lejn l-ogħla livell f’xahrejn hekk kif l-investituri stennew għat-tweġiba tal-President Trump għall-kontroll li qed  jiżdied miċ-Ċina fuq Hong Kong, li jista’ jkompli jħażżen it-tensjonijiet bejn…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Barranin

Muniti  L-ewro ngħata spinta llum minn dollaru aktar dgħajjef hekk żieda fl-ottimiżmu dwar rkupru globali mill-pandemija sostniet muniti aktar riskjużi. Il-movimenti, iżda ma laħqux dawk tas-suq tal-ishma hekk kif it-tensjonijiet…

Aktar