L-MFSA twissi dwar il-fond Finexten Transition

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) ħarġet twissija dwar il-fond Finexten Transition, li qed jiġi mmarkitjat bħala sub-fund ta’ Finexten SICAV P.L.C. Din l-entità tgħid li hija reġistrata skont il-liġijiet ta’ Malta u li hija regolata mill-MFSA.

Madankollu l-MFSA ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku li l-entità msemmija mhix kumpannija rreġistrata f’Malta lanqas mhi entità liċenzjata mill-MFSA biex tipprovdi xi tip ta’ servizz finanzjarju. Għaldaqstant, l-MFSA wissiet lill-pubbliku biex ma jagħmilx transazzjonijiet jew b’xi mod ieħor jirrelata ma’ din l-entità.

L-MFSA fakkret lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux aċċertaw infushom li l-persuna jew l-entità li magħha qed isir it-transazzjoni hi liċenzjata jew hi awtorizzata mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba biex tipprovdi tali servizzi.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati u awtorizati mill-MFSA hija disponibbli mingħand L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, b’aċċess minn: www.mfsa.com.mt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Lokali

Din is-sena l-iljieli sajfin taħt sema mimli stilel fil-Port il-Kbir ħadu tifsira ġdida bl-APS Summer Festival: festa ta’ ċinema, mużika live li tolqot gosti differenti – minn dik klassika, rock…

Barranin

Muniti L-ewro laħaq l-ogħla rata minn kmieni f’Marzu llum wara li l-Unjoni Ewropea laħqet ftehim għal stimulu massiċċ biex jitqajmu l-ekonomija milquta ħażin mill-pandemija. Il-ftehim – milħuq b’kompromess dwar tħassib…

Aktar