Barranin
L-OPEC u r-Russja jiddiskutu t-tnaqqis fil-produzzjoni taż-żejt biex isostnu l-prezzijiet milquta ħażin mill-kriżi tal-Coronavirus

Muniti

Id-dollaru llum għall-bidu żamm sod, iżda imbagħad ċeda għal pressjoni tal-bejgħ hekk kif riesaq il-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad.

L-għadd ta’ Amerikani li applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad fl-aħħar tliet ġimgħat żdied għal aktar minn 15-il miljun, bl-applikazzjonijiet kull ġimgħa jilħqu s-sitt miljuni għat-tieni ġimgħa infila l-ġimgħa li għaddiet fost miżuri iebsin biex ikun kontrollat il-coronavirus li bla mistenni waqqfet il-ħidma fil-pajjiż. L-ewro malajr ħa opportunità u żdied kważi 0.7%.

L-Isterlina laħqet l-ogħla rata f’ġimgħa, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef minħabba ċ-ċifri tal-qgħad fl-Istati Uniti, għalkemm l-istatistika wriet li l-ekonomija Ingliża staġnat sa Frar qabel ma eskalat il-kriżi tal-coronavirus.

Indiċi

Wall Street żdiedet mal-ftuħ, wara li l-Federal Reserve beda l-programm ta’ $2.3 triljun biex jgħin lill-gvernijiet lokali u lin-negozji waqt li l-qgħad il-ġimgħa li għaddiet żdied b’6.6 miljun minn 6.87 miljun il-ġimgħa. Id-Dow Jones żdied b’1.5%.

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa wrew żieda għar-raba’ jum wara l-ieħor minħabba tamiet li l-pandemija tal-coronavirus waslet lejn il-quċċata bl-attenzjoni tal-investituri ffukata wkoll fuq il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro li qed jiddiskutu l-pakkett ta’ għajnuna ekonomika. Il-FTSE 100 żdied 2.12%. Indiċijiet ewlenin fl-Ewropa żdiedu b’aktar minn 1% bid-DAX tal-Ġermanja javvaza b’1.85%. It-Topix tilef 0.6%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu negozjati bla moviment jew f’territorju pożittiv. Il-Bank of Valletta u l-Malita Investments żdiedu 5.88% u 3.9% rispettivament. Oħrajn bħal BMTI Technologies, il-Malta International Airport, il-Malta Properties, il-PG u l-RS2 Software kienu negozjati bla bidla fil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali kienu mħalta llum. Il-Phoenicia Finance u l-SD Finance avvanzaw 2.08% u 1.04% rispettivament. Il-Hili Finance, il-Mediterranean Investments u l-Merkanti Holdings tilfu bejn 1% u 2.5%. Il-bonds tal-International Hotel Investments u d-Dizz Finance tilfu 5%.

L-OPEC u r-Russja ser jiddiskutu tnaqqis rekord fil-produzzjoni taż-żejt biex isostnu l-prezzijiet milquta ħażin ferm mill-kriżi tal-coronavirus iżda t-taħditiet huma kkumplikati minn nuqqas ta’ ftehimiet interni u l-fatt li l-Istati Uniti qed issibha bi tqil li tingħaqad magħhom. Iż-żejt żdied 4% waqt li l-metalli prezzjużi bħad-deheb u l-fidda, kienu qed jiġu nnegozjati b’żieda ta’ 2%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar