Barranin, Lokali
L-ordnijiet industrijali Ġermaniżi jiżdiedu bla mistenni

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru tbaxxa kontra l-yen f’ġurnata kwieta għas-swieq illum, bis-sentiment għar-riskju mnaqqas minħabba li tħassib dwar il-possibilità tal-għeluq tad-dipartiment tal-Gvern Amerikan warrab l-ottimiżmu dwar il-progress fuq il-leġiżlazzjoni fiskali. Id-dollaru Kanadiż tbaxxa mill-ogħla rati f’sitt ġimgħat kontra dak Amerikan aktar b’saħħtu, għax l-investituri qiesu l-irkupru fl-esportazzjoni tal-pajjiż qabel ma tefgħu l-attenzjoni tagħhom għad-deċiżjoni tal-Bank of Canada dwar ir-rati tal-interessi.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum tbaxxew wara telf fi swieq finanzjarji oħrajn, bl-ishma tat-teknoloġija, li huma apprezzati ħafna, taħt pressjoni u dawk tal-minjieri milquta minn tnaqqis fis-suq. Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.08%. Il-FTSE 100 kellu żieda ta’ 0.25%. L-indiċijiet Ewropej oħrajn, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 tilfu b’0.69%, 0.95% u 0.40% rispettivament.

Ishma Lokali

Kien hemm għadd ta’ movimenti fis-suq tal-ishma lokali. Simonds Farsons Cisk u l-Bank of Valletta kienu fuq quddiem nett b’żidiet ta’ 2.86% u 1.72% rispettivament. L-RS2 Software tilfu 2.47%.

Bonds lokali

Is-suq tal-bonds lokali kien volatili ħafna. L-International Hotel Investments 2025 u l-Bank of Valletta 2019 żdiedu bi 2% u 1.72% rispettivament. Is-Central Business Centres 2027, il-Bank of Valletta 2019 u l-GlobalCapital 2021 kienu f’territorju negattiv b’0.01%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-ordnijiet industrijali Ġermaniżi żdiedu bla mistenni matul Ottubru minħabba domanda qawwija minn barra ż-żona tal-ewro, skont statistika ppublikata llum. Dan jissuġġerixxi li dan is-settur tal-akbar ekonomija fl-Ewropa mistenni jkompli miexi aktar ‘il quddiem fix-xhur li ġejjin. Statistika mill-Ministeru tal-Ekonomija turi li l-industriji rreġistraw żieda ta’ 0.5% fl-ordnijiet wara li l-kuntratti għall-prodotti Ġermaniżi żdiedu b’1% matul Settembru.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt illum waqa’ wara li żieda sorprendenti fl-inventarji tal-prodotti raffinati fl-Istati Uniti turi li d-domanda qed tonqos. Il-prezzijiet tad-deheb żammew qrib l-inqas livell f’xahrejn illum, qabel il-vot fl-Istati Uniti dwar il-pjan tar-riforma fiskali, iżda l-prezz kellu sostenn ukoll mill-potenzjalità li jagħlqu d-dipartimenti tal-Gvern.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru Amerikan daħal f’firxa dejqa illum wara iż-żidiet qawwija ta’ dan l-aħħar hekk kif il-Federal Reserve qed iħejji għal-laqgħa ta’ jumejn li fiha huwa mistenni li jżid…

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-yen wara li l-Pulizija ta’ New York qalu li rċevew rapporti ta’ splużjoni f’nofs Manhattan. L-isterlina ssodat wara li nhar il-Ġimgħa kellha l-akbar…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-isterlina llum telgħet għall-ogħla rata kontra l-ewro wara li membru tal-grupp Brexit tal-Parlament Ewropew qal li “hemm ċans tajjeb ħafna” ta’ ftehim dwar il-pakkett inizjali biex ir-Renju…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru ssaħħaħ u tbiegħed mill-inqas rata f’xahrejn milħuqa kmieni din il-ġimgħa, hekk kif l-investituri dehru ċerti li l-Federal Reserve ser ikompli inaqqas il-pjan ta’ stimulu s-sena d-dieħla…

Aktar