Barranin
L-ottimiżmu tal-investituri jkompli jżid l-isterlina kontra d-dollaru

Din il-ġimgħa l-isterlina kompliet tiżdied kontra d-dollaru li qed jitħabat u riesqa lejn l-akbar żieda f’ġimgħa f’xahar hekk kif investituri saru ottimisti li l-Ingilterra ser ikollha ftehim matul is-summit tal-ġimgħa d-dieħla dwar il-perjodu ta’ tranżizzjoni għal ħruġ mill-Unjoni Ewropea. Għalkemm għadu ma intlaħaqx ftehim dwar xi punti imprtant bħal fruntiera tal-Irlanda; l-aħħar kummenti mill-uffiċjali wrew li baqa differenzi, il-mexxejja tal-kummerċ qed jittamaw li l-mexxejja tal-Unjoni jistgħiu japprov aw tranżizzjoni f’samit illum.

Id-dollaru waqa’ għall-inqas livell tiegħu kontra l-yen minn kmieni f’Marzu wara rapport ta’ aktar inkwiet fl-amministrazzjoni Trump, waqt li swieq oħra baqghu kwieti għax l-investituri baqgħu kawti. Tħassib li l-bidla fit-tariffi tista tolqot ħażin lill-ekonomija globali u bidliet fil-qalba tal-amminsitrazzjoni amerikana fixklu lis-swieq finanzjarji matul l-aħħar jiem, u baxxew il-valur tqad-dollaru u b’hekk ibbenefika l-yen.

Il-Commerzbank qal li l-yen kien sostnut ukoll minn fatturi domestiċi, partikularment il-konfużjoni dwar kif il-Bank of Japan ser jibda inaqqas il-livell tal-istimulu monetarju. Analisti qalu li l-Bank jidher li qed ikun wisq iebes. Għalhekk, qalu l-analisti, l-inqas raġuni, bħall-aħbarijiet minn Washington ikunu biżżejjed biex jikkawżaw id-dgħufija tad-dollaru mal-yen.

Il-pjan tal-bank ċentrali tan-Norveġja li jżid ir-rati tal-interessi matul is-sitt xhur li ġejjin ġej l-aktar minn tkabbir ekonomiku kbir domestiku u barra minn pajjiż, għalkemm il-bank ser jipproċedi b’kawtela, skond id-deputat gvernatur Jon Nicolaisen.

Norges Bank qal ilbieraħ li żamm ir-rata tal-interessi ewlenija mhux mibdula, iżda probabilment iżidha sa Settembru, aktar kmieni milli kien maħsub qabel.

Il-ġimgħa d-dieħla il-Federal reserve tal-Istati Iuniti mistenni li jżid ir-rati tal-interessi b’25 punt perċentwali waqt li l-Bank of England jiltaqa’ biex jirrevedi l-interess. Dan mistenni li jżomm ir-rata ta’ 0.5%. Mir-Renju Unit joħorġu ċ-ċifri dwar l-inflazzjoni, li bħalissa hija 3% u ir-rata tal-qgħad li hija ta’ 4.4%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar