Barranin
L-UE bil-ħsieb li tikkastiga l-Italja f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli fiskali Ewropej

Muniti

Id-dollaru baqa’ għoli hekk kif l-attenzjoni daret lejn l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti għada u d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi li tingħata mill-Federal Reserve nhar il-Ħamis. L-Isterlina qed iżżomm iż-żidiet wara rapport li l-Kabinett Ingliż mhux ser jiddeċiedi dwar kwalunkwe offerta mill-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa.

L-ewro tilef 0.14% kontra d-dollaru għal $1.1373 wara li kien tbaxxa għal $1.1354 minħabba dgħufija fil-bonds tal-Gvern Taljan wara rapport li l-Unjoni Ewropea ser tipproponi li l-Italja tiġi kkastigata fil-21 ta’ Novembru. Barra dan, l-ewro tilef 0.30% kontra l-Isterlina; 0.11% kontra d-dollaru Awstraljan; 0.22% kontra d-Dollaru Kanadiż; u 0.10% kontra l-Yen Ġappuniż. L-ewro żdied 0.13% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti kienu mħalltin fin-negozju bikri hekk kif l-investituri eżaminaw il-prospetti għall-elezzjonijiet din il-ġimgħa flimkien ma’ sinjali li ftehim kummerċjali bejn l-akbar ekonomiji fid-dinja għadu ‘l bogħod.

Fl-Ewropa, il-FTSE 100 żdied b’0.53%; l-iSTOXX 50 b’0.39%; id-DAX b’0.29% u l-CAC 40 b’0.26%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.41% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.175% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, it-Trident Estates, FIMBank u Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 1.20% bit-Trident jiżdiedu l-aktar b’7.19% għal €1.49. Il-Mapfre Middlesea u l-PG ma kellu ebda ċaqliq.

Il-Malta International Airport tbaxxew b’1.60% għal €6.10.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, id-Dizz Finance 2026 wrew żieda ta’ 0.67%; l-International Hotel Investments 2024, 0.51%; l-AX Investments 2024, 0.45% u l-GAP Group 2023, 0.43%.

Sadattant l-International Hotel Investments 2025 tilfu 0.93%; il-Vonder Heyden Group Finance 2024, 0.95% u l-International Hotel Investments 2026, 1.19%.

Fil-qasam taż-żejt, il-Brent tilef 0.04% għal $72.80 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.33% fil-U.S.Light Crude għal $62.94.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.09% għal $1,231.79 u l-fidda għoliet b’0.16% għal $14.7381.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar