Barranin
L-urugan Dorian jaffettwa l-prezz taż-żejt

L-inflazzjoni fil-Ġermanja tbaxxiet matul Awwissu u żdied il-qgħad, skont statistika maħruġa ilbieraħ. Dan kompla jżid mas-sinjali li l-akbar ekonomija fl-Ewropa qed tbatti u jkabbar l-aspettattivi ta’ pakkett ta’ stimulu monetarju ġdid mill-Bank Ċentrali Ewropew ix-xahar id-dieħel.

Id-dollaru Awstraljan tbaxxa lejn l-inqas livell f’10 snin waqt li anke il-yen baqa’ qrib l-inqas livelli tiegħu, hekk kif bdew jgħibu t-tamiet li l-Istati Uniti u ċ-Ċina resqin lejn ftehim kummerċjali. Id-dollaru Amerikan kien sostnut ukoll mill-ħtiġijiet ta’ tmiem ix-xahar tal-investituri li għenu jtellgħu l-indiċi tad-dollaru għall-ogħla livell f’xahar.

Il-mossa kuraġġjuża tal-Prim Ministru Johnson li b’mod jew ieħor joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta Ottubru mhix tinkwieta lill-investituri għalissa. L-isterlina kienet qed tiġi nnegozjata għal $1.2183 u riesqa lejn l-ewwel ġimgħa ta’ telf fi tliet ġimgħat minġħabba t-tħassib dwar Brexit bla ftehim.

L-ishma Ewropej komplew biż-żidiet tagħhom illum mis-sessjoni ta’ qabel, mgħejuna minn żieda fil-prezzijiet tal-ishma tal-kumpaniji tal-bini Ġermaniżi u minħabba serħan li t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed tonqos. L-ishma Asjatiċi laħqu l-ogħla livell f’ġimgħa wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina wrew rieda li jsolvu t-tilwima, għalkemm il-biża’ ta’ riċessjoni naqset ftit mill-entużjażmu tal-investituri.

Il-prezz taż-żejt tilef xi ftit miż-żidiet riċenti iżda xorta riesaq lejn l-akbar żieda f’ġimgħa minn kmieni f’Lulju, mgħejjun minn tnaqqis fil-ħażniet Amerikani, l-urugan li riesaq lejn Florida u t-tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-Brent tilef 23 cent jew 0.4% għal $60.85 iżda riesaq lejn żied ata’ aktar minn 2% għal dinil-ġimgħa.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 40 cent, jew 0.7% għal $56.31 iżda riesaq lejn żieda ta’ 4% dil-ġimgħa.

Il-prezz tad-deheb warrab it-telf bikri biex jkun nnegozjat xi ftit ogħla lum u riesaq lejn l-akbar żieda f’xahar f’aktar minn tlitt snin hekk kif il-biża ta tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u t-tamiet ta tnaqqis fir-rati tal-interessi kabbru l-interess f’assi sikuri.

Id-deheb żdied 0.2% għal $1,530.60 u riesaq lejn żieda ta’ aktar minn 8% għal dan ix-xahar l-akbar minn Ġunju 2016. Il-prezz tilef sa 0.4% kmieni fis-sessjoni wara kważi tnaqqis ta’ 1% fis-sessjoni ta’ qabel, għax żviluppi pożittivi dwar in-negozjati bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina reġgħu qajjmu l-interess f’assi riskjużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Aktar