Barranin
Lagarde tammetti li l-inflazzjoni għolja se ddum iktar milli maħsub

Xprunat mill-istqarrija dwar il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew u d-dgħufija in ġenerali tad-dollaru, l-ewro żdied għall-ogħla rata kontra l-munita Amerikana f’xahar ta’ $1.1700 qabel ma daħal f’fażi ta’ konsolidament.

Il-munita unika rnexxielha tikkapitalizza fuq it-ton kawt tal-Bank Ċentrali dwar it-tbassir tal-inflazzjoni. Il-President tal-Bank, Christine Lagarde, ammettiet li l-inflazzjoni għolja mistennija li ddum għal żmien itwal milli kien maħsub, waqt li żammet atteġġjament relattivament ottimist tal-istat ekonomiku. Madankollu, ta’ min jinnota li Lagarde wriet oppożizzjoni li l-investituri qed jaħsbu li ser ikun hemm żieda fir-rati tal-interessi tard is-sena d-dieħla.

Sadanittant, l-ewro mar aħjar mir-rivali tiegħu, hekk kif l-investituri jidher li qed jaħsbu li l-Bank Ċentrali Ewropew qed jagħti prijorità lill-istabbiltà tal-prezzijiet aktar milli lejn ti-tkabbir f’terminu qasir.

Id-data ekonomika tal-lum tista’ tkisser jew issaħħaħ din l-idea. Il-Prodott Domestiku Gross taż-żona ewro mistenni li jespandi bi 3.5% fit-tielert kwart wara żieda ta’ 14.3% fit-tieni kwart. Sadattant, l-istatistika mill-Ġermanja turi li l-ekonomija Ġermaniża espandiet b’1.8% fuq każi ta’ tliet xhur, u dan ma laħaqx it-tbassir tas-swieq ta’ 2.2%.

Ċifri dwar il-Prodott Domestiku Gross aktar dgħajjef milli mistenni jista’ jagħmilha diffiċli għall-munita unika li żżomm is-saħħa tagħhom qabel tmiem il-ġimgħa. Min-naħa l-oħra, ċifri aktar pożittivi aktarx li jgħinu aktar lil-ewro kontra d-dollaru.

L-indiċi tal-prerzzijiet għall-konsumatur li jeskludi prezzijiet tal-ikel u enerġija li huma volatile, huwa mbassar li jogħla lejn 3.7% fuq bażi annwali f’Settembru minn 3.6%. Il-bieraħ, il-Bureau of Economic Analysis tal-Istati Uniti rrapporta li l-Prodott Domestiku Gross annwalizzat espanda bi 2% fit-tielet kwart. B’din iċ-ċifra li hija inqas mill-estmi tal-analisti ta’ 2.7%, id-dollaru mill-ġdid sab quddiem pressjoni ta’ bejgħ. Rapport ta inflazzjoni baxxa jista’ jissuġġerixxi li l-Federal Reserve jista jagħżel li jistenna sa Diċembru qabel jibda jnaqqas ix-xiri tal-assi u dan jisforza lid-dollaru lejn sieq waħda qabel tmiem il-ġimgħa.