Letta se jbiegħ 3% tal-Eni

Sa tmiem l-2014, il-Gvern Taljan se jbiegħ tlieta fil-mija tal-azzjonijiet tal-kumpanija statli tal-enerġija Eni bħala parti mill-programm tiegħu li jiġbor €12 biljun biex inaqqas id-dejn tal-pajjiż li huwa l-ogħla fl-Ewropa. L-Italja se żżomm biss 30 fil-mija.

L-investiment li għandu l-gvern Taljan fl-Eni hu maqsum bejn it-Teżor u l-bank tas-self  Cassa Depositi e Prestiti (CDP).

Id-dejn Taljan huwa ta’ €2.1 trillion jew 133 fil-mija tal-prodott gross domestiku.

Il-Prim Ministru Taljan Entrico Letta qed ibiegħ l-assi tal-pajjiż biex jilħaq it-targets li imponiet fuqu l-Unjoni Ewropea biex inaqqas id-dejn. Nofs mill-flus li se jdaħħal mill-bejgħ tal-assi, stmati li se jkunu $10 biljuni, se jmorru biex inaqqsu id-dejn matul is-sena d-dieħla. In-nofs l-ieħor se jibqa’ miżmum mill-bank CDP.

Letta mhux jeskludi li jkun hemm aktar entitajiet governmanttivi li partijiet minnhom jinbiegħu ’l quddiem.