Lokali
Lidl tirbaħ il-Best Buy Award għas-sena 2017-18

Għat-tieni darba, il-Lidl kienet ivvutata bħala l-aħjar valur għal flusek fil-kategorija tar-Retail Chain fl-istħarriġ li sar minn ICERTIAS Best Buy Award f’Malta

L-istħarriġ ICERTIAS Best Buy Award li sar f’Malta għas-sena 2017/2018 juri li l-konsumaturi Maltin iqisu lil-Lidl bħala ir-retail chain li toffri l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità. Lidl Malta ġiet ikkonfermata bhala rebbieħa f’din il-kategorija għat-tieni sena konsekuttiva.

L-organizzazzjoni Żvizzera, ICERTIAS (International Certification Association GmbH) wettqet dan l-istħarriġ f’Malta fi Frar 2017. Ir-riċerka saret permezz ta’ kwestjonarju onlajn fuq kampjun ta’ 1,200 persuna f’Malta li għandhom ‘il fuq minn 15-il sena.

Il-kwestjonarju kien jitlob lill-partecipanti jiġġudikaw l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità, skont l-esperjenza personali tagħhom fuq kategoriji ta’ prodotti jew servizzi fis-suq Malti.

Dawk li wieġbu għall-istħarriġ kienu preżentati b’mistoqsijiet miftuħa u għalhekk setgħu jagħżlu liberament bejn prodotti u fornituri ta’ servizzi biex juru l-preferenzi tagħhom. Il-Lidl kiseb l-aktar voti fejn jidħlu retail chains li joffru l-aħjar proporzjon bejn prezz u kwalità fis-suq Malti.

Lidl Malta toffri għażla wiesgħa ta’ prodotti li mhumiex limitati għall-ikel biss u tipprova tolqot il-bżonnjijiet varji tal-klijenti tagħha u tiggarantixxi prezzijiet konvenjenti. Dan l-istħarriġ ikkonferma li l-Lidl hija l-ewwel għażla tal-Maltin fejn jidħol valur għal flus.

“Lidl Malta hija kburija li tipprovdi kwalita’ eċċellenti bi prezzijiet konvenjenti, filwaqt li dejjem niffukaw fuq il-bżonnijiet tal-klijenti” – iddikjara l-management ta’ Lidl Malta – “Mhux faċli li tirbaħ premju bħal dan meta nikkompetu ma’ daqstant negozji. Lidl irnexxielha tirbaħ dan il-premju għat-tieni sena konsekuttiva grazzi għall-ħidma tal-kollegi kollha tagħna”.

Il-management ta’ Lidl Malta enfasizza li “Grazzi għall-passjoni u l-motivazzjoni ta’ kull impjegat fil-kumpanija, Lidl Malta jirnexxiela tagħmel l-impossibli possibli!”

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti L-isterlina reġgħet qabdet in-niżla, u tbaxxiet għall-inqas livell f’ġimagħtejn kontra dollaru ferm aktar b’saħħtu, anke jekk l-investituri jibqgħu attenti li ma jbaxxux il-prezz ħafna qabel ma jiltaqa’ l-Bank of…

Lokali

Antonio Ivankovic inħatar fir-rwol il-ġdid ta’ Chief Customer Experience Officer ma’ GO plc.  Ivankovic ingħaqad ma’ GO minn Deutche Telekom fejn kien jokkupa l-kariga ta’ Senior Manager Partnering and Business Development….

Lokali

Il-Bank of New York Mellon ġie appuntat bħala l-International Partner ta’ BNF Bank plc, awtorizzat biex jipprovdi fondi ta’ trasferimenti ta’ ħlas f’Dollari Amerikani f’ismu. The Bank of New York…

Barranin, Lokali

Muniti Id-dollaru tbaxxa bi kwart ta’ ċenteżmu, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’xahar fi kważi sentejn, hekk kif l-ewwel diskors tal-President Trump dwar l-Istat tal-Unjoni ftit ta kuraġġ lil dawk…

Aktar