Barranin, Lokali
Livell rekord għas-swieq finanzjarji globali

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru llum żdied, qrib l-ogħla rata fi tliet xhur u nofs kontra l-Yen, hekk kif l-investituri qed jiffokaw fuq d-deċiżjoni dwar il-politika monetarja mill-Federal Reserve aktar tard, kif ukoll dwar kwalunkwe progress fil-pjani ta’ riforma fiskali mill-President Trump.

L-Isterlina telgħet għall-ogħla livell f’erba’ xhur u nofs kontra l-Ewro llum wara li l-manifatturi Ingliżi rraportaw tkabbir tajjeb għal Ottubru u dan isaħħaħ l-istennija li l-Bank of England nhar il-Ħamis iżid ir-rati tal-interessi.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fuq is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu resqin lejn ftuħ tajjeb f’Wall Street, hekk kif rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji għat-tielet kwart saħħaħ is-sentiment, waqt li l-investituri stennew għal ħjiel dwar żidiet futuri mill-aħħar laqgħa tal-Federal Reserve.

Is-swieq finanzjarji globali laħqu livell rekord ieħor, minħabba żieda ta’ 3% fl-ishma tar-riżorsi bażiċi wara li l-prezzijiet taż-żejt laħqu l-ogħla livell min-nofs l-2015 u minħabba żidiet fil-bejgħ minn kumpaniji bħalma hija s-Sony.

Isħma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum kien imħallat. Il-Bank of Valletta, l-RS2 Software u l-GO tilfu 5.00%, 2.44% u 1.28%  rispettivament. F’territorju pożittiv kienu l-Lombard Bank Malta u l-International Hotel Investments b’żidiet ta’ 0.09% u 1.64% rispettivament.

Bonds Lokali

Anke s-sessjoni tal-bonds lokali kienet imħallta. Kien hemm tnaqqis ta’ 0.98% fis-Central Business Centres 2027; 0.34% fil-Premier Capital 2026 u ta’ 0.19% fil-Grand Hżrbour Marina 2027.

F’territorju pożittiv kien hemm Stivala Group Finance 2027, GAP Group 2023 u l-Corinthia Finance 2026 b’żidiet ta’ 0.18%, 0.49% u 1.96%  rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit kompla jespandi b’pass tajjeb ħafna fil-bidu tar-raba’ kwart, skont stħarriġ maħruġ llum.

Il-grupp ta’ riċerka IHS Markit qal li l-indiċi tela’ għal 56.3 f’Ottubru minn 56.0 f’Settembru li kien rivedut ‘il fuq. L-ekonomisti kienu qed jistennew indiċi ta’ 55.8.

Fl-indiċi, aktar minn 50.0 jindika espansjoni ekonomika waqt li inqas inkun ifisser tnaqqis fl-ekonomija.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt laħaq l-ogħla livell min-nofs l-2015 hekk kif l-istatistika wriet li l-OPEC tejbet il-konformità mal-ftehim tal-qtugħ tal-produzzjoni u r-Russja mistennija li tkompli żżomm il-ftehim.

Il-prezz tad-deheb żdied għal ftit ‘il fuq minn $1,280 kull uqija għax il-kawtela qabel il-konferma din il-ġimgħa taċ-Chairman il-ġdid tal-Federal Reserve u l-istqarrija dwar il-politika monetarja mill-bank ġiegħlet lill-investituri jnaqqsu x-xiri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru gawda minn irkupru żgħir hekk kif l-investituri xtrawh wara l-akbar waqgħa tiegħu fi tliet snin u nofs, għalkemm analisti qalu li kull irkupru għandu jkun qasir għax għandhom jaħdmu…

Barranin

Din il-ġimgħa Id-dollaru tbaxxa lejn l-inqas livell fi tliet snin kontra basket ta’ muniti, u riesaq lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa f’sentejn, hekk kif fatturi moderati jibbilanċjaw l-appoġġ li l-munita Amerikana…

Barranin

Id-dollaru llum waqa’ sew, u tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen, hekk kif is-sentiment negattiv madwar id-dollaru kien akbar miż-żieda  fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin. Dan…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji. Id-dollaru,…

Aktar