Barranin, Lokali
Livelli rekord wara li Trump indika li se jnaqqas it-taxxi tan-negozji dalwaqt

Muniti

Il-muniti ewlenin ftit li xejn kellhom tibdil kontra l-ewro, u baqgħu 1% fiż-żewġ direzzjonijiet.

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti wara li statistika tajba ekonomika ma rnexxielhiex iżżid d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan, għax hemm it-tħassib kontinwu dwar il-politika kummerċjali Amerikana li qed iżżomm lid-dollaru milli jiżdied.

Indikaturi maħruġa matul il-ġimgħa jagħtu xejra aktar pożittiva dwar l-ekonomija, mgħejjuna mid-diskors mill-Federal Reserve dwar iż-żieda fir-rati tal-interess iżda ma kinux biżżejjed biex isostnu żieda fid-dħul mill-bonds. Dawn kienu diġà telgħu għall-ogħla livell fi tliet ġimgħat f’nofs il-ġimgħa, u ħallew lid-dollaru jitlef biex għalaq il-ġimgħa b’ebda movement kbir kontra l-ewro.

Id-dollaru Awstraljan mistenni jagħlaq il-ġimgħa ogħla, għax ilu tiela’ u nieżel mill-bidu ta’ Frar. Huwa baqa’ fl-ogħla rata fi tliet xhur iżda ma setax jkompli ‘il fuq mis-77 ċenteżmu Amerikan wara li kien laħaq dan il-livell għal tliet darbiet din il-ġimgħa. Id-Dollaru Awstraljan tilef 0.5% kontra l-ewro.

L-isterlina u l-yen żdiedu b’madwar 0.3% u d-dollaru Kanadiż b’0.09%.

Stocks

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street żdiedu wkoll għal-livell rekord, bin-negozju ffukat l-aktar fuq l-iżviluppi politiċi, l-pagi u l-prezzijiet tal-oġġetti li qed jogħlew. Dow Jones tela’ għal-livell rekord tard fil-ġimgħa wara li l-President Trump indika li l-pjani tiegħu biex inaqqas it-taxxi għan-negozji mexjin b’ħeffa aktar milli kien ippjanat.

Għalkemm is-suq tal-ishma fir-Renju Unit avvanza wara żviluppa ekonomiċi, swieq oħrajn Ewropej kienu mħallta għax dħul tajjeb kien ibbilanċjat minn inċertezza dwar l-elezzjoni presidenzjali fi Franza u żviluppi oħra politiċi. Fl-aħħar mill-aħħar, l-iSTOXX50 tilef 8.95% waqt li l-FTSE100 baqa’ taħt il-1% u l-CAC 40 u d-DAX kważi dak il-livell. It-Topix tilef 0.2% matul il-ġimgħa li rat lill-indiċi tal-Borża ta’ Malta jitlef 0.16%.

Commodities

L-OPEC tista’ testendi l-ftehim għat-tnaqqis tal-produzzjoni ma’ dawk mhux membri jew anke tapplika qtugħ aktar minn Lulju jekk l-inventarji taż-żejt mhux maħdum globali ma jinżlux lejn il-livelli mixtieqa. Il-grupp, flimkien mar-Russja u produtturi mhux membri oħra s-sena li għaddiet qablu li jnaqqsu l-produzzjoni b’1.8 miljun barmil kuljum biex titnaqqas il-provvista żejda fis-suq. Il-ftehim beda jaħdem mill-1 ta’ Jannar u ser idum sitt xhur. Matul din il-ġimgħa il-prezz tilef 1.93%.

Id-deheb żamm sod hekk kif id-dollaru baqa’ qrib l-inqas livelli f’ġimgħa u b’hekk id-deheb riesaq lejn it-tielet ġimgħa ta’ żieda fost l-inċertezza politika fl-Istati Uniti u fl-Ewropa.

Il-ġimgħa d-dieħla

Mhu mistennija ebda avveniment ewlenin din il-ġimgħa li ġejja. Ser toħroġ l-istatistika dwar l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur miż-żona tal-ewro u l-Prodott Domestiku Gross tar-Renju Unit. Mill-Istati Uniti ser toħroġ l-istatistika dwar Bejgħ ta’ Djar ġodda nhar il-Ġimgħa li ġej.

Dik kienet il-ġħabra ta’ aħbarijiet ta din il-ġimgħa miġbura minn Banif Bank.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru rkupra llum, wara li kien laħaq lanqas rata f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif il-bankiera ċentrali tal-Istati Uniti wrew li qed iħarsu b’attenzjoni lejn l-inflazzjoni mgħejjuna minn…

Aktar