Lokali
Lucas Bols tniedi kunċett ġdid ghall-10 edizzjoni tal-Bols Around the World

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ ta’ talent.

It-timijiet li se jieħdu sehem mistennija joħolqu riċetta unika u kunċett kreattiv b’wieħed, jew bi wħud, mill-ispirti tal-għażla ta’ Lucas Bols Global (Bols Genever, Bols Liqueurs, Bols Vodka, Damrak Gin, Galliano, Passoa, u Vaccari). It-timijiet iridu jtellgħu filmat fuq il-mezzi soċjali tagħhom biex juru l-proċess li bih ikunu taw il-ħajja lill-kunċett u r-riċetta tagħhom. Dawk interessati jistgħu jirreġistraw fuq www.bolsaroundtheworld.com. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-19 ta’ Ottubru 2018.

Huub Van Doorne, il-Kap Eżekuttiv ta’ Lucas Bols, qal li, “Bil-kompetizzjoni Bols Around the World, għandna l-għan li noffru sfida u nispiraw lil kull professjonist tal-cocktails madwar id-dinja. Ħerqanin biex l-edizzjoni li jmiss, l-10 waħda, nagħtuha stil differenti billi nressqu flimkien l-enerġija kreattiva tat-timijiet tal-bars. Lucas Bols temmen fl-ispirtu kollaborattiv ta’ tim, u ħerqana għall-ispirazzjonijiet li se toffri l-kompetizzjoni tal-2019 lill-komunità tal-bartending.”

Kull tim li jidħol għall-kompetizzjoni se jgħaddi minn 2 sessjonijet ta’ ġurija, l-ewwel waħda mat-tim globali ta’ Lucas Bols, u t-tieni waħda ma’ Alex Kratena (magħruf sew fl-industrija tal-bars u l-fundatur ta’ P(OUR)), Boudewijn Mesritz u Lydia Soedadi (il-fundaturi u s-sidien ta’ Tales & Spirits Amsterdam, fil-35 post minn The World’s 50 Best Bars 2017), u Steve Schneider (Imsieħeb u Bartender Prinċipali ta’ Employees Only fi NYC u Singapore). Dawn huma lkoll magħrufa fl-industrija.

Is-sitt timijiet finalisti mill-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa tal-Lvant/Ċentrali, l-Ewropa tal-Punent, l-Amerka t’Isfel/Ċentrali u l-Afrika/Lvant Nofsani, imbagħad se jmorru Amsterdam biex jikkompetu fil-Gran Final tal-Erbgħa, 19 ta’ Ġunju 2019.

Il-Premju

It-tim rebbieħ igawdi minn vjaġġ għal 3 membri tat-tim tagħhom lejn waħda minn dawn il-bliet: Berlin, Cape Town, Dubaj, Londra, il-Messiku, Moska, New York, jew Tokjo (għal tagħrif ieħor, ara r-Regoli u r-Regolamenti).

Il-prodotti ta’ Lucas Bols huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.

Artikli bi ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Aktar