Barranin
Malta fost il-pajjiżi Mediterranji mfittxija mit-turisti li jagħżlu btala fuq cruise

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami.

Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000 professjonist fil-qasam jiltaqgħu u jiddiskutu l-ideat tagħhom.

Il-Valletta Cruise Port, kumpanija sussidjarja ta’ Global Ports Holding, kellha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ professjonisti f’dan il-qasam u tiddiskuti l-għanijiet għall-ġejjieni.

Skont l-istatistika, 28.5 miljun persuna marret fuq cruise fl-2018, żieda ta’ 7% mis-sena ta’ qabel bil-Mediterran jikseb aktar popolarità mat-turisti bi 8%. Fl-2018, il-Belt Valletta rat 3% mit-total ta’ passiġġieri li żaru l-Mediterran.

Din is-sena, il-Mediterran mistenni jara 17.3% tal-passiġġieri li jmorru fuq cruise, bil-port tal-Belt biss mistenni li jara mat-800,000 turist.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal…

Aktar