Barranin
Martin Schultz jiddiżappunta lil ħafna u jitbaxxa l-ewro

L-ewro llum tbaxxa kontra d-Dollaru, minħabba diżappunt li l-mexxej tas-Soċjal Demokratiċi Ġermaniżi, Martin Schultz, mhux ser ikun il-ministru tal-finanzi tal-akbar ekonomija fl-Ewropa.  Il-konservattivi tal-Kanċellier Angela Merkelu s-Soċjal Demokratiċi qablu dwar ftehim ta’ koalizzjoni, biex hekk jinsab fil-qrib gvern ġdid wara xhur ta’ inċertezza li inkwetat lill-alleati u investituri.

Iżda għalkemm rapporti ssuġġerew li s-Soċjal Demokratiċi aktarx li kienu ser jieħdu l-ministeru tal-finanzi, xi investituri kienu diżappuntanti li s-Sindku preżenti ta’ Hamburg, Olaf Scholz, ingħażel biex ikun il-minsitru tal-finanzi, flok Schultz.

L-Isterlina saħħet iż-żidiet, u irkuprat mill-inqas livell f’ġimagħtejn u nofs fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif l-investituri żammew lura  qabel laqgħa tal-Bank of England għada li minnha x’uħud jistennew li joħorġu sinjali ta’ żieda oħra fir-rati tal-interessi fi tliet xhur li ġejjin.

L-istrateġista tas-swieq ewlenin għall-Ewropa u r-Renu Unit f’JP Morgan Asset Management, Karen Ward, qalet li aktar importanti minn xi żieda fir-rati ikun ir-riżultat tan-negozjati ta’ Brexit għal ftehim tranżitorju u kwalunkwe sinjali ta’ aktar titjib fil-prospetti tal-ekonomija.

L-ewro tilef kontra l-yen waqt li żdied kontra l-Frank Żvizzeru u d-Dollaru Awstraljan.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej waqqfu sebat ijiem ta’ telf hekk kif l-investituri rabbew kuraġġ minn irkupru tajjeb f’Wall Street fi żmien ta’ staġun ta’ taqlib. Is-setturi kollha fl-Ewropa kienu qed jinnegozjaw f’territorju pożittiv, u dan għen biex l-iSTOXX 50 jiżdied b’0.68%. Dan l-indiċi iżda huwa 3.5% inqas minn sena għal sena.

Negozjanti finanzjarji qalu li ma jeskludux aktar taqlib hekk kif il-volatilità tibqa’ għolja fl-isfond tal-waqgħa tas-swieq finanzjarji kkawżata minn tħassib dwar l-inflazzjoni. Wall Street fetaħ pożittiv. L-indiċi Ewroppej l-oħrajn kienu qed jinnegozjaw f’territorju pożittiv wara nofsinhar bejn 0.5% u 1%. It-Topix kellu żieda ta’ 1% waqt li l-indiċi lokali wera żieda ta’ 0.18%.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali. Trident Estates illum żieda kważi 12%, ferm aktar minn ishma oħrajn,. L-RS2 Software żdiedu 3%; il-MIDI u l-Malta Properties kellhom 1% żieda. Fin-naħa negattiva FIMBank tilfu aktar minn 7% illum.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu ġeneralment pożittivi bil-GlobalCapital 2021 jiżdiedu bi 3%. Il-Midi, Mariner Finance u MeDirect żdiedu b’aktar minn 1%. F’territorju negattiv, it-telf kien inqas fejn SD Finance u Pendergardens tilfu inqas minn 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt kienu stabbli dalgħodu, hekk kif spinta minn rapport li juri tnaqqis fl-inventarju taż-żejt mhux maħdum il-ġimgħa li għaddiet kien bilanċjat minn produzzjoni dejjem togħla fl-Istati Uniti. Madankollu wara nofsinhar il-prezzijiet daħlu f’territorju negattiv u l-Brent kien qed jitlef 0.55% fit-3.30pm.

Il-prezz tad-deheb waqa’ mat-tisħiħ tad-dollaru u l-ishma globali telgħu mill-inqas livell f’xahrejn għalkemm il-metal kien sostnut mill-ħsieb li t-tnaqqis fid-dollaru ser jibqa minkejja l-istennija ta’ żieda fir-rati tal-interessi.

Il-fidda tilfet kważi 1.5%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar