Matul il-jum id-deheb tilef il-valur

Bonds Lokali

Fis-suq tal-bonds kien jum ġeneralmemnt pożittiv bil-Bank of Valletta 2018, il-Medserv 2023 u l-Hal Mann Vella Group kollha f’territorju pożittiv. L-HSBC Bank Malta 2018 tilef 0.09%.

Indikaturi Ekonomici

In-numru ta’ persuni li applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet naqas aktar milli kien mistenni. Dan saħħaħ ottimiżmu dwar is-saħħa tas-suq tax-xogħol. F”rapport, id-Dipartiment tax-Xogħol intqal li n-numru ta’ individwi nasqas b’21,000 għal 283,000 minn 304,000 tal-ġimgħa ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt Brent waqa’ taħt id-$59 kull barmil llum wara li żieda qawwija oħra fil-ħażna tal-Istati Uniti u l-possibilta ta’ żieda fil-produzzjoni Sawdija kabbar it-tħassib dwar provvista akbar milli meħtieġ.

Il-prezz tad-deheb għola wara li minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve Amerikan f’Jannar wrew tħassib dwar żieda fir-rati tal-interessi malajr wisq. Madankollu matul il-jum id-deheb tilef il-valur matul in-negozju ta’ wara nofsinhar.

Bonds Prezz Bidla % Direzzjoni
4.8% Bank of Valletta plc 2018 109.500 3.77%
6% Medserv plc  2023 110.500 0.45%
5% Hal Mann Vella Group plc 2024 104.500 0.29%
5.9% HSBC Bank Malta Plc 2018 110.00 -0.09%
Pajjiz Indikatur Precedenti Attwali
Stati Uniti Qghad inizjali 304000.00 283000.00
0.00 0.0% 0.0%
Prodott  Prezz Bidla % Direzzjoni
Zejt (Brent) 57.93 -2.39
Zejt (NYM) 49.28 -5.49
Metalli Prezjuzi Prezz Bidla % Direzzjoni
Deheb ($) 1211.6 -0.15
Fidda ($) 16.48 -0.24
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Barranin

Muniti L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt…

Barranin

Muniti L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122. Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet qrib id-$1.1123 bla ebda bidla fil-jum. It-tnaqqis fil-biża’ ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani minkejja t-tensjonijiet li huma ċċentrati fuq l-Iran tejjeb is-sentiment tal-investituri iżda dan…

Aktar